• Via Sagra Djoċesana

  • L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-Via Sagra Djoċesana li ser issir nhar l-Erbgħa 16 ta’ April 2014, fis-7.30 p.m.

    Din is-sena, il-Via Sagra ser issir fir-residenza San Vinċenz de Paul, Ħal-Luqa.

    Il-Via Sagra hija organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. L-attività tixxandar ‘live’ fuq RTK 103 FM.