Nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ta bidu għaż-żjara pastorali fil-parroċċa ta’ Ħaż Żabbar, li tinkludi magħha lix-Xgħajra. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ mal-kumitati ta’ l-għaqdiet ċivili u soċjali. Fost l-oħrjan kien hemm preżenti ż-żewġ Kunsilli Lokali, il-każini tal-Baned u dawk politiċi, u għaqdiet oħra li jinsabu fit-teritorju ta’ Ħaż Żabbar u x-Xgħajra. Waqt din il-laqgħa ssemmew xi diffikultajiet li dawn is-soċjetajiet qed jiltaqgħu magħhom, l-aktar fejn jidħol l-impenn taż-żagħazagħ għalkemm deher ukoll il-kordinament u l-ħidma ta’ bejn dawn l-għaqdiet; teżisti wkoll rabta bejn dawn l-għaqdiet u l-parroċċa. Issema li ftit xhur ilu, fil-parroċċa inbeda eżerċizzju li l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jiltaqgħa mal-kummitati ta’ dawn l-għaqdiet biex jissaħħah id-djalogu u biex fejn hu possibbli naħdmu flimkien fuq problemi li s-soċjeta Żabbarija qed tiffaċċja. L-Arċisqof kompla saħaq fuq il-bżonn li l-membri tal-parroċċa ikomplu jaħdmu fllimkien għall-ġid tan-nies.
AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar din iż-Żjara Pastorali.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]