It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Ursolini u t-tfal residenti fid-dar, Ħal Tarxien.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Liturġija f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, u Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa tal-board tas-Seminarju.

6.30 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Bażilka ta’ Sant’Elena, B’Kara, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-professjoni reliġjuża ta’ Sr. Paule Mamo tal-Kongregazzjoni tal-Little Sister of the Poor.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ indiviwalment mas-saċerdoti, fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

11.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti flimkien u wara joqgħod magħhom għall-ikel fid-Dar Parrokkjali, Ħal Tarxien.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-M.U.S.E.U.M. tal-bniet, tal-istess parroċċa.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni minn Ħal Tarxien li jixtiequ jkellmuh.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili.

Il-Ħamis

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Ħal Tarxien.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Familja f’Dar Nażaret, Ħal Tarxien.

Il-Ġimgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof izur l-iskola tal-primarja ta’ Ħal Tarxien.

4.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Centru tal-Katekeżi tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Kateketika ta’ l-istess Parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummisjoni Adolexxenti u Żgħażagħ fiċ-Ċirkolo San Ġwann Bosco, Ħal Tarxien.

Is-Sibt

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ mexxejja tal-Knejjes insara fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ddedikata għall-Għaqda bejn il-knejjes.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi Translazzjoni, Għasar u Quddiesa solenni fl-okkażjoni tal-festa tal-Konversjoni ta’ San Pawl, fil-Katidral ta’ l-Mdina.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali, fil-Katidral tal-Imdina.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Ringrazzjament fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju ta’ l-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, il-Belt.