Arkivji mensili: Ottubru 2009

Rappurtaġġ internazzjonali għall-konferenza f’Malta

The international conference on marriage and the family, organised in Malta on the 6th and 7th October 2009 has been given prominence in the British Catholic weekly newspaper, The Tablet. The editor of this well established newspaper, Ms Catherine Pepinster, was in Malta to follow this colloquium and report it’s proceedings. This world class colloquium was organised by The Cana Movement, Malta, in collaboration with the Centre for Family Studies at the University of Malta… Kompli aqra »

ŻJARA F’KUBA MILL-PRESIDENT TAL-KUNSILL TAL-MEDIA

Archbishop Claudio Maria Celli

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, ix-xahar id-dieħel se jżur Kuba u jindirizza l-Asempbela Plenarja tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali.

Dan kien ikkonfermat mal-Aġenzija tal-aħbarijiet Zenit mill-udffiċċju għall-Kunsill Pontifiċju tal-Media, li qal li l-Arċisqof Claudio Maria Cellise jagħmel din iż-żjara bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru li ġej. Huwa kien mistieden jagħmel din iż-żjara mill-konferenza episkopali ta’ Kuba.

Minbarra l-indirizz lill-Assemblea Plenarja tal-Isqfijiet, l-Arċisqof se jżur ukoll is-seminarju ddedikat lil San Karlu u San Ambroġ u se jagmel ukoll diskors fl-Assemblea tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Komunikazzjoni Soċjali tal-Konferenza Episkopali ta’ Kuba… Kompli aqra »

X’ġara Waqt l-Attivita’ Y Standup?

A number of youths accepted KDZ’s (Kummisjoni Djocesana Zghazagh) invitation to participate in a forum to discuss poverty in Malta. ‘Y Standup?’ on the morning of the 24th October, kicked off just after 9.00am. With great enthusiasm at voicing  their opinions, the youths headed towards their respective workshops after a brief introduction on the event.

Each workshop had a theme to discuss poverty from different perspectives… Kompli aqra »

TONQOS IL-PROVIDENZA LID-DAR

“Minkejja li d-Dar tal-Providenza għalqet is-sena finanzjarja 2008 b’defiċit ta’ ftit aktar minn 100,000 Ewro, fl-istess waqt li tiġbor aktar minn tliet miljun u nofs Ewro f’sena mhix ċajta, u dan juri li l-poplu Malti u Għawdxi kompla jappoġġja din id-Dar.”

Hekk sostna ma’ IL-ĠENSillum id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, fid-dawl tad-dħul inqas li kellha d-Dar is-sena li għaddiet. Fl-2008, id-Dar kellha dħul ta’ 3,559,000 Ewro, waqt li s-sena ta’ qabel, id-dħul kien ta’ 4,342,000 miljun Ewro… Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-AFRIKA: KUNU MELĦ u DAWL

Il-Papa Benedittu XVI fada l-ġid tas-Sinodu tal-Afrika lill-fidili kollha tal-kontinent, waqt li appellalhom ikunu “melħ u dawl” għal art twelidhom. Qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, Benedittu XVI indirizza wkoll il-ħtieġa tar-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi fl-Afrika.

Fi tmiem il-quddiesa li wasslet fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet Afrikani fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Benedettu Sittax tkellem dwar l-iżvilupp globali. Fl-omelija tiegħu, il-Papa sostna li l-iżvilupp globali għandu jinkludi lill-popli kollha tad-dinja, u mhux biss lil dawk il-poplu li għandhom il-mezzi biex ikomplu jiżviluppaw… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI SAN PAWL IL-BAĦAR

Nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru, 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona ta bidu għal żjara pastorali f’San Pawl il-Baħar. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies f’din il-lokalita jkomplu matul din il-gimgħa (Agħfas hawn biex tara l-impenji tal-Arċisqof).

Iż-żjarat pastorali bdew f’Jannar ta’ din is-sena. Minn Jannar sa Lulju, l-Arċisqof zar 14-il parroċċa. Wara l-waqfa tas-sajf, iż-żjarat pastorali qed ikomplu bi żjarat f’7 parroċċi oħra sa Diċembru… Kompli aqra »

26 ta’ Ottubru – 1 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Parroċċa tal-Mellieħa, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-Mellieħa.

8.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa tal-Mellieħa fiċ-ċentru parrokkjali.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

ISQFIJIET AFRIKANI JIDDISKUTU L-ISLAM

L-isqfijiet li tkellmu fis-Sinodu tal-Isqfijiet fl-Afrika kienu oservati jużaw ton differenti, xi kultant diverġenti, meta tkellmu dwar l-Islam, għaldaqstant huma qablu kollha fuq il-ħtieġa tad-djalogu u l-liberta reliġjuża.

Monsinjur Joseph Bato’ora Ballong Wen Mewuda, kelliemi tas-Sinodu bil-lingwa Franċiża, afferma dan u nnota id-differenza fl-espresjonijiet kif espressi bejn l-Isqfijiet tal-Afrika ta’ Fuq u dawk mill-Afrika tas-Sub-Sahara.

Dawn id-differenzi huma riflessi fil-konklużjonijiet tal-gruppi ta’ ħidma tat-Tieni Assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet tal-Afrika… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Isqfijiet dwar il-Logħob tal-Azzard

Bħala rgħajja spiritwali ta’ Malta u Għawdex aħna nixtiequ noffru lill-membri tas-soċjeta’ tagħna u lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament, din ir-riflessjoni dwar il-Liberta’, b’mod speċjali issa meta qed tiġi diskussa r-regolamentazzjoni tal-Logħob tal-Azzard (Gambling) fil-gżejjer tagħna.

Il-logħob huwa meħtieġ għall-bniedem, għax barra li jgħinu biex jistrieġ mix-xogħol, jgħinu wkoll jitħallat mal-oħrajn. Infatti, għandu jhassibna l-fatt li llum ħafna m’għadhomx isibu ħin għal rikreazzjoni, partikolarment għal rikreazzjoni flimkien fejn wieħed jew waħda jkunu jistgħu jitkellmu, jiċċajtaw, jifirħu u jagħmlu festa ma’ xulxin… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi

L-Arċisqof Pawlu Cremona, il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru,  żar l-iskola Primarja ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi. Matul din iż-żjara Monsinjur Arċisqof wissa dwar l-importanza li l-ġenituri jkollhom ħin biżżejjed ma’ uliedhom biex ikunu jistgħu jgħaddulhom il-valuri neċessarji, bħal rispett u ġenerosita’ lejn il-proxxmu. Filwaqt li wera l-apprezzament tiegħu lejn id-dedikazzjoni li l-ġenituri juru lejn uliedhom, l-Arċisqof wera t-tħassib tiegħu dwar kemm l-avvanzi li saru fid-dinja tal-komunikazzjoni, bħat-televiżjoni, qed iħallu influwenza u x’tip ta’ influwenza qed ikollhom fuq it-tfal… Kompli aqra »