ŻEWĠ RELIĠJUŻI ONORATI F’JUM IR-REPUBBLIKA
20/12/2009Żewġ reliġjużi Maltin, Br Martin Borg fsc u Patri Donat Spiteri OFM Cap, ingħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika waqt ċerimonja li matulha 19-il personalità ngħataw rikonoxximent għall-ħidma tagħhom b’risq is-soċjetà Maltija.
F’Jum ir-Repubblika, il-President George Abela onora 19-il persona: żewġ Uffiċjali Onorarji u sitt Membri fl-Ordni Nazzjonali tal-Merti, persuna ngħatat il-Midalja għall-Qlubija u għaxar personalitajiet ingħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Minħabba li Patri Donat jinsab indispost, il-midalja tiegħu inġabret min-neputija Anna Spiteri, li f’kummenti lil IL-ĠENSillum online fissret li kif sar jaf li ngħata dan il-ġieħ, ħa pjaċir ħafna u “tgħidx kemm feraħ… barra li kien sorpriż ħafna”… Kompli aqra »