Arkivji mensili: Diċembru 2009

COPENHAGEN: ĊELEBRAZZJONI EKUMENIKA MAL-ARĊISQOF TA’ CANTERBURY

Climate Change

Id-delegati tan-networks dinjija ta’ aġenziji umanitarji li huma membri ta’ Caritas Internationalis u Cidse minn 24 pajjiż differenti madwar id-dinja, attendew ċelebrazzjonbi ekumenika fil-katidral Luteran f’Copenhagen. Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija mill-Arċisqof ta’ Canterbury Rowan Williams, fil-preżenza tar-Reġina tad-Danimarka u għadd ta’ negozjaturi li qed jieħdu sehem fil-konferenza dwar il-bidla fil-klima li bdiet fis-7 ta’ Diċembru u tintemm nhar il-Ġimgħa li ġej.

L-Arċisqof Williams semma “l-qafas reliġjuż profond għall-impenn ambjentali” u talab lil dawk preżenti “jekk l-attitudnijiet personali u l-istil ta’ ħajja tagħhom humiex kompatibbli mar-rispett lejn id-dinja li Alla afdalna fir-responsabbilta tagħna”… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet tal-Karita f’Birzebbugia, bħala parti miż-żjara pastorali.

5.15 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Katekezi tal-Qajjenza f’Birzebbugia.

6.15 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien f’Birzebbugia.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Birzebbugia.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja… Kompli aqra »

JIDĦOL FIS-SEĦĦ FTEHIM BEJN IS-SANTA SEDE U L-BRAŻIL

Brazil's flag

Ftehim iffirmat mis-Santa Sede u l-Brażil daħal fis-seħħ b’ċerimonja ta’ ratifika formali fil-Vatikan. Il-ftehim iffirmat fit-13 ta’ Novembru 2008 “jikkonsolida iktar ir-rabtiet tradizzjonali ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni li jeżistu bejn iż-żewġ naħat”, qal komunikat tas-Santa Sede.

Il-ftehim għandu preambolu u għoxrin artiklu, li jirregolaw l-istatus ġuridiku tal-Knisja Kattolika fil-Brażil, ir-rikonoxximent ta’ degrees, l-edukazzjoni reliġjuża fl-iskejjel pubbliċi u ż-żwieġ kanoniku fost ħwejjeġ oħra… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ BIRŻEBBUĠA

Il-Ħamis, 10 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-iskola primarja ta’ Birżebbuġia. Din iż-żjara tifforma parti minn serja ta’ laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel f’Birżebbuġia bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’. Agħfas hawn biex tara l-programm taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’din il-parroċċa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAPPELLA LIS-SAĊERDOTI SABIEX IŻOMMU ĦAJJA U B’SAĦĦITHA L-ĦAJJA TAT-TALB

praying-hands

“Meta saċerdot jitlob inqas, tiddgħajjef il-fidi tiegħu u ssofri l-komunita nisranija taħt il-kura tiegħu”.

Dan iddikjarah il-Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, il-Kardinal Claudio Hummes, f’ittra li kiteb lis-saċerdoti dwar l-importanza tat-talb.

“It-talb jokkupa post ċentrali fil-ħajja tas-saċerdot”, il-Kardinal isokta. “Mhux faċli wieħed jifhimha. It-talb iżomm l-intimita tad-dixxiplu mal-imgħallem tiegħu, li hu Ġesu Kristu. Ilkoll nafu li meta t-talb jonqos, tiddgħajjef il-fidi u jintilef mill-iskop tal-ministeru… Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU L-UNIVERSITA’

On Wednesday, 9th December 2009, representatives of various Christian denominations attended an Ecumenical Service organised by the University Chaplaincy. Amongst those present, Anglicans and Lutherans, together with Archbishop Paul Cremona OP met for a moment of prayer celebrating the love, peace and unity brought to us by our Lord Jesus Christ. A number of international students also participated in this event, whilst Maestro Dion Buhagiar was responsible for the musical arrangements… Kompli aqra »

IS-SAGRAMENTI HUMA ANTIKWATI?

Il-Korp tal-għalliema tal-patrijiet Dumnikani qed iniedi serje ta’ konferenzi indirizzati għaż-żgħażagħ bit-tema: ‘Is-Sagramenti huma Antikwati? Kif nistgħu nagħtu  xejra żagħżugħa lis-Sagramenti?’

Ħames laqghat konsekuttivi fuq din it-tema jitqassmu hekk:

1.            Il-Magħmudija u l-Konfermazzjoni

2.            L-Ewkaristija

3.            Il-Qrar u l-Griżma tal-Morda

4.            L-Ordni Sagri

5.            Iż-Żwieġ

Il-patrijiet Dumnikani qed joffru li jagħmlu dawn il-konferenzi fil-lokalitajiet bejn Jannar u Frar 2010, qabel jibda r-Randan… Kompli aqra »

PEMBROKE – 5 SNIN PARROĊĊA

It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2009, il-komunita’ ta’ Pembroke fakkret it-twaqqif tagħha bħala Parroċċa b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Fl-imgħoddi, Pembroke kienet parti mill-parroċċa ta’ San Ġiljan iżda meta l-Ibraġġ saret żona pastorali awtonoma, Pembroke sar parti minn din iż-żona l-ġdida. Billi l-komunita’ ta’ Pembroke baqgħet tikber, fl-1998 saret żona awtonoma hi wkoll, dedikata lil Kristu Rxoxt, sakemm saret Parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF TA’ WESTMINISTER: “ID-DIBATTITU DWAR IL-KLIMA JEĦTIEĠ JIFFOKA FUQ IL-FOQRA”

Archbishop-Vincent-Nichols

L-Arċisqof ta’ Westminister qed jafferma li l-għajnuna lill-foqra għandha tkun fiċ-ċentru tad-dibattitu dwar il-bidla fil-klima. L-Arċisqof Vincent Nichols qal dan waqt l-aħħar servizz ekumeniku intitolat “Time to Pray” dwar l-ambjent u l-bidla fil-klima. Is-servizz, li inkluda indirizz minn diversi mexxejja insara differenti, kien ippjanat li jsir waqt id-dimostrazzjoni “The Wave” fiċ-ċentru ta’ Londra, maħsuba biex tiġbed l-attenzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima li qed jiġu diskussi fis-summit ta’ Copenhagen… Kompli aqra »

ABBOZZ TA’ LIĠI FL-ITALJA SE JIRRIKONOXXI D-DRITTIJIET TA’ DAWK MHUX IMWIELDA

Unborn child

Proposta fis-Senat Taljan għandha l-għan li twassal għal rikonoxximent tad-drittijiet ta’ dawk mhux imwielda, b’affermazzjoni li kull ħlejqa umana għandha rikonoxximent ġuridiku mill-mument tal-konċepiment.

L-abbozz tfassal minn Carlo Casini, President tal-Moviment favur il-Ħajja u membru tal-Parlament Ewropew, u bl-appoġġ ta’ mexxejja tal-Parlament Taljan Maurizio Gasparri, Gaetano Quagliarello u Laura Bianconi. Il-miżura kienet preżentata l-Ħamis.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Gasparri spjega li dan mhux attentat biex tinkiteb mill-ġdid il-liġi attwali dwar l-abort fl-Italja, imma biex jinżammu u jkunu rispettati l-intenzjonijiet oriġinali wara l-liġi… Kompli aqra »