Arkivji mensili: Jannar 2010

TERREMOT F’ĦAITI: SOLIDARJETA MILL-KNEJJES, L-APPELL TAL-PAPA…

Haiti earthquake

Anki l-Knejjes fl-Ewropej kienu xxukkjati bl-aħbar tat-terremot li laqat lill-popolazzjoni ta’ Ħaiti u li ħalla qerda sħiħa, minbarra l-għadd qawwi ta’ mwiet. Tħabbar li qed isir ħafna talb, quddies għall-vittmi u anki appelli biex jingħataw donazzjonijiet b’sens ta’ ġenerożita.

Is-Sibt li ġej, se ssir quddiesa fil-katidral ta’ Notre Dame fejn l-Arċisqof, il-Kardinal Andre Vingt-Trois, se jingħaqad mal-komunita fit-talb għall-vittmi tat-terremot f’Ħaiti, u għal dawk kollha li indarbu jew intlaqtu b’xi mod mid-diżastru… Kompli aqra »

LIVE-IN TAL-KAPPILLANI

Nhar it-Tlieta, 12 u l-Erbgħa, 13 ta’ Jannar 2010, il-Kappillani tal-Parroċċi f’Malta, ingħaqdu flimkien mal-Arċisqof f’live-in, fis-Seminarju, f’Tal-Virtù. Ir-riflessjoni prinċipali tagħhom kienet dwar ir-realtà tal-faqar f’Malta. Għal parti mill-live-in kienu prezenti wkoll il-Kappillani Ghawdxin.

G]all-ewwel ġurnata tal-live-in, il-Kappillani ġew mogħtija preżentazzjoni dwar il-qagħda attwali tal-faqar f’pajjiżna. Il-prezentazzjoni saret abbazi ta’ studju li sar mill-Caritas u mill-Uffiċjali Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)… Kompli aqra »

IL-PRESIDENT IŻUR IS-SEMINARJU MAĠĠURI

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Jannar 2010, l-Eċċellenza Tiegħu, Dr George Abela żar is-Seminarju Maġġuri f’Tal-Virtù. Din l-istedina saret mir-Rettur u l-istaff tas-Seminarju bħala parti mir-riflessjoni fuq l-identità tal-qassis djoċesan. Dr George Abela kien mistieden jaqsam mas-seminaristi l-ħsibijiet tiegħu dwar kif jara l-preżenza tal-qassis fis-soċjetà Maltija illum. Is-seminarju jifhem li huwa permezz ta’ dan id-djalogu wiesgħa li jista’ jagħraf u japprezza aktar is-sejħa għas-saċerdozju fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

IL-PAPA JILTAQA’ MA’ SUSANNA MAIOLO

Susanna Maiolo

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-ġiżwita Federico Lombardi ħareġ b’din l-istqarrija wara l-udjenza ġenerali tal-Papa din il-ġimgħa…

“F’għeluq l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa kellu laqgħa qasira ma’ Susanna Maiolo biswit l-awla Pawlu VI fil-Vatikan.

“Maoilo esprimiet mal-Papa sens ta’ dispjaċir għall-inċident li seħħ fi ftuħ iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ nofsillejl fil-Milied li għadda. Min-naħa tiegħu l-Papa esprima l-maħfra tiegħu u wera wkoll interess fil-persuna u awguralha s-saħħa… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ ĦAL TARXIEN

15 – 26 ta’ Jannar, 2010

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Jannar

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Ħal Tarxien, fil-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ S. Nikola ta’ Tolentino u wara jiltaqa’ man-nies.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tar-reliġjużi Agostinjani u wara joqgħod magħhom għall-ikel.

Is–Sibt, 16 ta’ Jannar

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur xi persuni morda u l-familji tagħhom… Kompli aqra »

Sejħa lis-Saċerdoti għall-Perseveranza fil-Fidi

Cardinal Camillo Ruini

“Il-fenomenu tas-sekularizzazzjoni hu bla dubju preżenti; fl-aħħar 50 sena, kien fenomenu li wassal għal ċerta kriżi fil-ministeru saċerdotali; għaldaqstant is-sekularizzazzjoni waħedha mhix kollox. Fuq in-naħa l-oħra, jista’ jingħad li l-importanza tar-reliġjon mhix tonqos. Pjuttost ir-reliġjon hi iktar importanti milli kienet fl-imgħoddi”.

Dan stqarru l-Kardinal Camillo Ruini  waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa annwali tal-assistenti tal-Għaqda nazzjonali Taljana għat-trasport tal-morda lejn Lourdes jew Santwarji Internazzjonali, l-UNITALSI.  … Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-KORPI DIPLOMATIĊI: “ĠUSTIZZJA” GĦALL-IMMIGRANTI

Irregular Immigrants

“Aġir b’ġustizzja, solidarjeta u viżjoni”. Din hi l-attitudni rakkomandata mill-Kap tal-Knisja Kattolika lill-“awtoritajiet ċivili involuti fuq diversi livelli”, fir-rigward tal-‘esodu ta’ dawk in-nies li jħallu arthom minħabba vjolenza li tinkwadra f’xenarju ta’ faqar u ġuħ, kif ukoll għadd ta’ katastrofi naturali u abbandun ambjentali.

Fid-diskors tiegħu indirizzat lill-Korpi Diplomatiċi, il-Papa Benedittu XVI semma fost kategoriji oħra ta’ immigranti, lill-insara fi Lvant Nofsani, li “milquta b’diversi modi, anki fil-prattika tal-liberta reliġjuża, ikollhom iħallu art missirijiethom”… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA GĦALL-KOPPJI LI ŻŻEWĠU FL-2009

F’Quddiesa li saret is-Sibt filgħaxija fil-KonKatidral ta’ San Ġwann għall-koppji li iżżewwġu matul l-2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP tkellem dwar il-valur taż–żwieġ għas-soċjeta’ tal-lum u għall-ġejjieni. L-Arċisqof stqarr li hija r-reliġjon li nistqarru, li żammet soda l-familja Maltija.

Fil-bidu tal-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof rringrazzja lill-koppji mizzewġa u stqarr li l-prezenza tagħhom hija ta’ nkoraġġiment kbir għalih, għal Knisja f’Malta u għal pajjiż… Kompli aqra »

IS-SEZZJONI NISA TAL-M.U.S.E.U.M. TIĊĊELEBRA 100 SENA

Meta San Ġorġ Preca kien ispirat minn Alla biex iwaqqaf is-Soċjeta′ tal-M.U.S.E.U.M., huwa kien diġa′ avangardist għal żmienu.  Ried li jkun hemm nies oħra barra s-saċerdoti li jgħinu l-Knisja fil-Missjoni tagħha bħala Għalliema, biex l-Evanġelju ta’ Sidna Ġesu′ Kristu jkun magħruf u maħbub mal-irjieħ kollha tad-Dinja.  Din kienet ix-xewqa tal-qaddis imwaħħda mal-Volonta′ Alla, u dan jidher ċar fl-istess inizjali M.U.S.E.U.M – Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus li tfisser “Mgħallem mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek”… Kompli aqra »