Arkivji mensili: Jannar 2010

11 – 17 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat ta’ l-Għaqda Armar S. Bastjan, Qormi.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għal-Live-in tal-Kappillani, fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fl-okkażjoni ta’ l-ewwel ċentinarju tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM (Nisa).

L-Erbgħa

9.00 a.m… Kompli aqra »

TISSOKTA L-PERSEKUZZJONI KONTRA L-INSARA…FIL-VJETNAM, FIL-MALASJA, FL-EĠITTU

shootings against christians

JINQERED KURĊIFISS, KATTOLIĊI JINDARBU FIL-VJETNAM

F’Dong Chiem, numru ta’ kattoliċi indarbu mill-pulizija f’attentat biex iżommu lill-awtoritajiet milli jeqirdu kurċifiss fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. Il-kurċifiss inqered għal kollox bl-isplussivi nhar l-Erbgħa. L-insara pruvaw iżommu milli jsir dan, pero irriżulta li għadd kbir ta’ pulizija u forzi għaż-żamma tal-ordni żammewhom u saħansitra sawtuhom. Fr John Le Trong Cung, Viċi-Kanċillier għall-Arċidjoċesi ta’ Hanoi, qal li mill-inqas 12-il persuna ssawwtu b’mod mill-iktar kiefer, tnejn minnhom saħansitra indarbu serjament u kellhom jittieħdu f’ċentru tas-saħħa b’urġenza għall-kura, fejn sfortunatament din kienet imċaħħda lilhom… Kompli aqra »

IL-PAPA SE JAGĦMEL MAWRA FIL-PORT IL-KBIR

Waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta f’April li ġej, il-Papa Benedittu XVI se jagħmel mawra fil-Port il-Kbir, li mill-Kalkara għandha twasslu fil-Valletta Waterfront, fejn se jkollu laqgħa maż-żgħażagħ Maltin.

Dan tħabbar ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet li tat il-Kurja tal-Arċisqof, li matulha ngħataw dettalji dwar it-tħejjijiet li qed jagħmlu l-Knisja u l-Istat għal din iż-żjara. Iċ-Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv, Monsinjur Charles Cordina, qal li hemm ħafna entużjażmu fost dawk kollha involuti fid-diversi ħidmiet li jridu jsiru għal din iż-żjara… Kompli aqra »

L-ARCISQOF IŻUR L-NSO

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-Belt, u ddawwar ma’ l-uffiċini fejn iltaqa’ mad-diretturi u l-ħaddiema. F’dan il-ħin l-Arċisqof ħa l’opportunita’ biex jitkellem magħhom individwalment. Wara, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fejn fl-omelija saħaq li filwaqt li t-teħid tal-istatistika huwa mportanti, din ma għandhiex titratta lil kull individwu bħala numru. Huwa ġab eżempju ta’ diżastru naturali fejn mietu 200,000 ruħ… Kompli aqra »

JITĦABBAR IL-LOGO GHAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA FOST TĦEJJIJIET OĦRA

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar, 2010, ingħataw aktar dettalji b’rabta mat-tħejjijiet għaż-żjara f’Malta tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI. Kif tħabbar f’Novembru li għadda, il-Papa ser iżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April,    fl-okkażżjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl.

  • L-GĦAŻLA TAD-DISINN TAL-LOGO

L-Isqfijiet Maltin għażlu d-disinn ta’ Mario Abela bħala logo uffiċjali taż-żjara tal-Papa f’Malta… Kompli aqra »

KUNĊERT GĦAŻ-ŻGĦAŻAĠĦ – APPLIKAZZJONIJIET

Il-qdusija tieghu l-Papa Benedittu XVI ser izur Malta fis-17 u t-18 ta’ April, 2010.  Bhala parti mil-attivitajiet li ser jigu organizzati matul din iz-zjara, ser ikun hemm celebrazzjoni specjali ghaz-zghazagh fuq il-Valletta Waterfront li qed tigi organizzata nhar il-Hadd 18 t’April, 2010.  Dhul ghal din l-attivita’ ser ikun bir-registrazzjoni li ser tigi mnedijja dalwaqt fuq il-website www.kdz.org.mt.   … Kompli aqra »

L-ARMONIJA BEJN IR-RAĠUNI U L-FIDI, IX-XJENZA U R-REVELAZZJONI

The three Wise

Wara l-quddiesa fil-Bażilika tal-Vatikan fit-tifkira tal-Epifanija, il-Papa Benedittu XVI deher mit-tieqa tal-istudju tiegħu u indirizza l-eluf miġbura fi Pjazza San Pietru qabel it-talba tal-Angelus. Filwaqt li fakkar fit-tifkira tal-Epifanija, il-misteru tar-rivelazzjoni tal-Mulej lill-popli kollha, kif rappreżentat mill-maġi li ġew mil-Lvant sabiex jagħtu qima lis-Sultan tal-Lhud, il-Papa qal li “l-istilla u l-Iskrittua Mqaddsa kienu ż-żewġ gwidi għall-vjaġġ tal-maġi, li huma għalina mudelli tat-tiftix awtentiku tal-verita”… Kompli aqra »

LECTIO DIVINA MAL-ARĊISQOF

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija flimkien mal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u l-Istitut Karmelitan ser jorganizzaw Lectio Divina nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar fit-8:00pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina immexxija minn Mons Arċisqof Pawlu Cremona.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

L-ARCISQOF JILTAQA’ MAL-JRS

Mons. Arċisqof Paul Cremona fis-6 ta’ Jannar 2010, laqa’ għandu t-tim tas-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati (JRS Malta) fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard. Huma tkellmu flimkien dwar il-kawżi tal-migrazzjoni minn xi pajjiżi fl-Afrika lejn l-Ewropa u kif din qed tolqot lil Malta. Tkellmu wkoll fuq it-traġedja kontinwa ta’ tant nies madwar id-dinja li jkollhom jaħarbu minn pajjiżhom. Semmew li ta’ kull sena jmutu mijiet ta’ rġiel, nisa u tfal li jegħrqu fil-Mediterran huma u jfittxu li jibdew ħajja ġdida fil-paċi u l-ħelsien fl-Ewropa… Kompli aqra »

SANTA SEDE: AKTAR MINN ŻEWĠ MILJUNI JILTAQGĦU MAL-PAPA FL-2009

Bejn wieħed u ieħor, kienu 2,243,900 l-pellegrini li ltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI waqt l-attivitajiet pubbliċi tiegħu li saru fil-Vatikan jew fir-residenza tiegħu ta’ Castel Gandolfo fl-2009, jiġifieri waqt l-udjenzi ġenerali u speċjali, ċelebrazzjonijiet liturġiċi u l-Angelus. L-aħbar ngħatat mill-Prefettura tal-Vatikan.

Fi stqarrija, il-Prefettura qalet li l-istatistika hi biss stima maħduma fuq talbiet formali għall-attendenza minn pellegrini fil-ħin tal-Angelus jew f’ċelebrazzjonijiet li jinżammu fi Pjazza San Pietru jew fil-bażilika tal-Vatikan… Kompli aqra »