Arkivji mensili: Frar 2010

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 18 ta’ Frar 2010

Kelma tal-Ħajja

Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,

tħeġġiġna nishru fuq din l-art,

l-art li rċevejna mingħandek stess.

Jalla din l-art tagħmel ħafna frott

u toffri ambjent sabiħ u armonjuż

fejn it-tfal ta’ għada

jkunu jistgħu jgawdu

l-ward u x-xewk

tal-ħajja ferrieħa tagħhom.

Jalla l-Kelma tiegħek, Mulej,

issejħilna nqassmu l-imħabba tiegħek

lil sħabna fuq din l-art

sabiex huma jkunu jistgħu

jduquha u jiggustawha

bħala ikel bnin u abbundanti

li jaqta’ l-ġuħ u l-għatx

li huma għandhom

għall-hena bla tmiem… Kompli aqra »

KARDINAL IRLANDIŻ JAFFERMA LI L-KNISJA TISTA’ TIRKUPRA

Cardinal Sean Brady

Il-President tal-Konferenza Episkopali Irlandiża qal li l-Knisja f’dan il-pajjiż tista’ terġa tikseb il-kredibilita. Dan ovvjament wara l-iskandlu ta’ abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru. Fi kliem il-kardinal Sean Brady, li l-Knisja tikseb mill-ġdid kredibilita hu possib bli, anke jekk dan ikun jitlob il-ħin u ċertu umiljazzjoni.

L-Arċisqof ta’ Armagh u Primat tal-Irlanda kollha, jinsab lura l-Irlanda wara jumejn ta’ laqgħat mal-Papa Benedittu XVI u l-Isqfijiet l-oħra Irlandiżi u rappreżentanti tal-Kurja ta’ Ruma… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 17 ta’ Frar 2010

L-Erbgħa ta’ l-Irmied:

Issa li għamilna s-sinjal tas-salib bl-irmied, Mulej,

se nieħdu d-deċiżjoni quddiem kulħadd

li nitilqu u nibdew

il-mixja tal-konverżjoni!

Erbgħin jum m’humiex biżżejjed

għax irridu ż-żmien

biex niffurmaw il-qalb u n-natura

skond l-ispirtu tal-vanġelu!

Se nitilqu, għal darb’oħra,

konxji tad-dgħjufijiet tagħna,

imma moħħna mistrieħ

mill-appoġġ tiegħek,

b’fehma soda

li naddattaw l-imġieba

u d-deċiżjonijiet tagħna

għall-imħabba li int xettilt fina

u li issa qed titlobna niżirgħu fl-umanità… Kompli aqra »

IL-KAP TAL-KNISJA KATTOLIKA JIKKONFERMA LI SE JŻUR L-ISKOZJA

Filwaqt li kkonferma ż-żjara li se jagħmel l-Iskozja u li mistennija ssir f’Settembru, il-Papa Benedittu XVI appella għal tħejjija lill-Kattoliċi fil-qasam tal-vokazzjonijiet, partikolarment il-vokazzjonijiet li fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża u fil-ħajja lajkali.

“Iżjed tard dis-sena, se jkolli l-pajċir ningħaqad magħkom u mal-kattoliċi tal-Iskozja”. Hekk afferma l-Papa f’udjenza mal-Isqfijiet Skoċċiżi li kienu l-Vatikan fuq iż-żjara li ssir mill-Isqfijiet kull ħames snin. Qalilhom: “hekk kif qed titħejjew għaż-Żjara Appostolika, inkoraġixxu lill-poplu sabiex jitlob biex dan ikun mument ta’ grazzja għall-komunita Kattolika sħiħa ta’ pajjiżkom”… Kompli aqra »

PROGRAMM PASTORALI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret it-Tlieta, 16 ta’ Frar, 2010, maġenb il-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, il-Kumitat Organizattiv Interdjoċesan ippreżenta l-Programm Pastorali bi tħejjija għaż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Il-Kumitat organizattiv nieda wkoll website li tinkludi d-dettalji kollha b’rabta mat-tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta: www.popemalta.org

Dawn huma l-iniżjattivi ewlenin li qed jittieħdu u li qed jiġu organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi, mill-Kummissjoni Djoċezana Żgħażagħ u mill-Kummissjoni Djoċezana Tfal:

  • Randan – Il-Kummissjoni Teoloġika tal-Knisja f’Malta ħejjiet ktejjeb li fih ġabra ta’ materjal mit-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI.  …
  • Kompli aqra »

MIXJA TA’ KATEKEŻI ORGANIZZATA MIŻ-Ż.A.K. BIS-SALIB U L-IKONA

Nhar il-Ħadd, 14 ta’ Frar 2010, fl-okkażjoni tal-Miġja tal-Papa f’Pajjiżna, ż-ŻAK Mosta organizzat mixja ta’ katekeżi. Il-Mixja ġiet organizzata miż-żgħazagħ ta’ dan il-grupp, li attendew bi ħġarom għal din l-attivita’. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet minn fejn il-Millenium Chapel, Paċeville, fejn is-Salib u l-Ikona, replika ta’ dawk mogħtija liż-żgħażagħ mill-Papa Ġwanni Pawlu II,  ġew trasportati lejn il-Knisja Arċipretali tal-Mosta. Iż-żgħażagħ taż-ŻAK animaw il-Quddies u wara kemm iż-żgħażagħ kif ukoll il-banner imħejji għall-okkażjoni ġew imberkin… Kompli aqra »

NIKKOMUNIKAW F’SOĊJETA SEKOLARI: OPPORTUNITAJIET ĠODDA GĦALL-KNISJA

On Monday 15th February 2010, at the Antoinette Room, Corinthia Palace Hotel, Balzan, the Pastoral Formation Institute in collaboration with the Secretariat for Social Communications held a seminar with the theme “Communicating in a Secular Society: New Opportunities for the Church”. The main speaker Dr Jim McDonnell is a speaker, writer, and adviser on many aspects of communications, broadcasting and media, an academic and member of a number of media associations in Europe and Great Britain… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-QAWRA

Nhar is-Sibt, 13 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa tal-Qawra fil-ftuħ taż-|jara Pastorali tiegħu f’din il-Parroċċa. Fl-omelija, l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza ta’ l-Evanġelizazzjoni, kemm għalina bħala individwi f’komunita’ Nisranija, kif ukoll għall-bqija tal-komunita’.  L-Arċisqof emfasizza li kull wieħed għandu d-dmir li jxerred il-Kelma ta’ Alla lil oħrajn biex b’hekk kulħadd ikollu l-opportunita’ li jesperjenza l-imħabba u t-tama li persuna jkollha f’qalba meta tkun f’kuntatt ma’ Alla… Kompli aqra »

GĦAXAR MEZZI GĦALL-PROMOZZJONI TAL-VOKAZZJONIJIET

In honor of National Vocation Awareness Week, the U.S. bishops’ conference is offering a list of 10 ways to promote religious vocations. Father David Toups, interim director of the conference’s Office of Clergy, Consecrated Life and Vocations, prepared the list that was publicized today.  Among the suggestions are prayer, asking God in particular to send more priests and religious to the Church, and speaking to others about vocations… Kompli aqra »

KONFERENZA DWAR ‘XEJRIET FIL-FAMILJI MALTIN’

Nhar is-Sibt 13 ta’ Frar, 2010, f’konferenza organizzata minn ProġettImpenn ġewwa lukanda fil-Floriana bit-tema xejriet fil-familji Maltin: fatti u figuri, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP aċċenna għall-ambjent tajjeb għal-għajxien aħjar. Dan iwassal biex iħalli impatt pożittiv fuq l-attitudni tan-nies involuti fiz-żwieġ; li jwassal għal-familja iktar stabbli.

L-Arċisqof kompla jgħid li żwieġ li jirnexxi jew ma jirnexxix jiżvolġi f’kuntest ta` familja, ħbieb u xogħol u għalhekk qal għandha tiġi offruta l-għajnuna neċessarja anki fuq il-post tax-xogħol sabiex il-familja tkun tista’ tibqa soda.  … Kompli aqra »