Arkivji mensili: Frar 2010

PROGRAMM UFFIĊJALI TAŻ-ŻJARA APPOSTOLIKA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010

5.00 p.m.        Ċerimonja tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Luqa.

5.45 p.m.        Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta. Il-poplu jsellem lill-Papa fit-toroq minn fejn ikun għaddej.

6.15 p.m.        Żjara ta’ kortesija lill-President tar-Repubblika u l-ogħla Awtoritajiet tal-iStat fil-Palazz, il-Belt. It-tfal jilqgħu lill-Papa fi Pjazza San Ġorġ.

7.15 p.m.        Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn ir-Rabat… Kompli aqra »

TĦABBIRA SOLENNI TAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

Għeżież uliedna,

Elf, disgħa mija u ħamsin sena ilu, Alla, il-Missier u s-Sid tagħna, bl-id setgħana u ħanina tiegħu, għadda mit-telfien tal-għarqa għall-ħajja tax-xandir tal-kelma fi Gżiritna lill-Appostlu tal-Ġnus, Missierna San Pawl. Mimli bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u mħeġġeġ mit-tama li Alla stess nissel fih permezz ta’ Anġlu, f’nisġa sħiħa mal-Pjan Divin, ġie wassal lill-missirijietna u lilna warajhom, il-Bxara t-Tajba tas-saltna ta’ Alla, kif xtaq li tkun għall-bnedmin kollha, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li twieled, għex, bata u miet għalina u seħibna fil-Qawmien tiegħu għall-ħajja li ma tintemmx… Kompli aqra »

TMIN KANDIDATI GĦAS-SAĊERDOZJU

Tmin żgħażagħ ser ikunu aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għas-saċerdozju waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010, fis-6.30p.m, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Dawn huma: Dillon Bugeja (Zurrieq), Robin Camilleri (Luqa), Roderick Camilleri (Zabbar), Mario Dimech (Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Gwardamangia), Cristian Antony Muscat (San Ġiljan), George Schembri (Qormi – San Ġorġ) u Michael Zammit (Birkirkara – Sant’ Elena)… Kompli aqra »

IL-PAPA SODISFATT BIL-ĦIDMA FUQ IT-TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ

engaged couple preparing for marriage

Il-Papa Benedittu XVI qal lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju tal-Familja li l-ħidma tagħhom fuq il-ktejjeb bi tħejjija għaż-żwieġ hi biċċa xogħol ta’ siwi kbir. Id-dekasteru għaddej b’asemblea plenarja ta’ tliet ijiem. Fl-indirizz tiegħu lill-Asemblea, il-Papa innota kif il-Papa Ġwanni Pawlu II kien afferma li t-tħejjija għaż-żwieġ hi illum iktar importanti minn qatt qabel. Huwa għadda biex jiddefinixxi dan fi tliet stadji… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA ST EDWARDS

Nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-iskola St Edwards, fil-Birgu.  Waqt din iż-żjara l-Arċisqof kellu ċ-ċans jiltaqa’ ma’ l-għalliema u jitkellem ma’ l-istudenti preżenti.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

SIT INTERNET BI TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2011

World Youth Day 2011

Is-sit uffiċjali Taljan bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir bejn is-16 u l-21 t’Awissu 2011 f’Madrid fi Spanja tnieda u huwa aċċessibbli fuq www.gmg20111.it Promossa mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-Żgħażagħ, għandha l-għan li tforni l-aħbarijiet  marbuta mal-attivitajiet ta’ din iċ-ċelebrazzjoni li se tkun qed issir għas-26 darba.

Il-persuna responsabbli mis-Servizz Nazzjonali għall-Pastorali taż-żgħażagħ, Fr Nicolo Anselmi, qal li “il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ dejjem kellu żewġ karatteristiċi…huwa pellegrinaġġ li jilħaq il-qofol tiegħu fil-quddiesa tal-Ħadd…u hija laqgħa ta’ antura missjonarja bejn il-Knisja lokali fl-organizzazzjoni tal-attivita u l-kumplament tal-knejjes fid-dinja… Kompli aqra »

ATTIVITAJIET FID-DAR TAL-PROVIDENZA B’TIFKIRA TAL-FUNDATUR DUN MIKIEL AZZOPARDI

Fis-sena li l-Papa Bendittu XVI ddedika lis-saċerdoti, id-Dar tal-Providenza qed tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ Dun Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar.  It-tema li ntagħżlet biex tfakkar dan l-anniversarju: ‘Dun Mikiel, il-ħabib ta’ kulħadd’ tgħid fi ftit kliem min kien dan il-qassis u kif għandu jkun kull saċerdot.  Dun Mikiel kien qassis li bħal Ġesu kien “kollox għal kulħadd.” L-imħabba pastorali tiegħu kienet imħabba verament inklussiva, bla distinzjonijiet.  … Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE: IL-PROMOZZJONI TAL-FAMILJA TISTA’ TWASSAL GĦAT-TISWIR TAL EKONIMIJA

Family

L-osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda qed jissottolinea l-familja bħala r-riżorsa primarja għall-bini tal-ekonomija, l-integrazzjoni soċjali u l-iżvilupp.

L-Arċisqof Celestino Migliore qal dan f’indirizz fl-aħħar jiem dwar l-integrazzjoni soċjali fit-48 sessjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali fi ħdan il-Kunsill Soċjali u Ekonomiku tal-Ġnus Maqgħuda. “Iffaċjati bl-isfidi tal-integrazzjoni soċjali f’dinja aktar globalizzata, tinħass il-ħtieġa ta’ iktar konsiderazzjoni tal-ġid integrali tal-persuna, u dan fid-dimensjonijiet varji, li jinkludu d-dimensjoni spiritwali”… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-ĦAJJA

Illum id-dinja tiċċelebra Jum il-Ħajja. Huwa l-Jum li fih nifirħu bil-Ħajja fiha nfisha. Min jemmen jirringjrazzja wkoll għax jara fil-Ħajja, don ta’ Alla, u għalhekk jagħraf  valur iktar profond, għaliex  magħqud ma’ Alla u ġej minn Alla. Huwa ċar li dan ifisser, li l-ebda bniedem u b’mod speċjali ml-ebda nisrani li jemmen, ma jista’ jkun favur xi ħaġa li tillimita jew toqtol dan id-don.

Naħseb li dan il-Jum irid jagħti ċ-ċans lil kull persuna, biex tagħraf x’inhi r-relazzjoni u l-valur li hu jagħti lill-Ħajja tiegħu u tal-oħrajn… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Frar

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali ta’ Santa Luċija.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola ta’ St Edwards, fil-Birgu.

5.15 p.m. L-Arċisqof imexxi t-Translazzjoni u l-Vespri fl-okkzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt.

L-Erbgħa

9.00 a.m… Kompli aqra »