Arkivji mensili: April 2010

ĊIPRU ANZJUŻA BIEX TILQA’ LILL-PAPA

Pope in Cyprus

Uffiċjali fl-Ambaxxata ta’ Ċipru għas-Santa Sede qed jaffermaw l-importanza storika taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fil-gżira, skedata bejn l-4 u s-6 ta’ Ġunju 2010.

Il-President Demetris Christofias, flimkien mal-Knisja lokali, stiednu lill-Papa sabiex iżur il-gżira, li se tkun is-16-il vjaġġ internazzjonali. Matul dawn it-tliet ijiem f’Ċipru huwa se jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Gvern u tal-Knisja u se jagħmel pellegrinaġġ lejn it-tifkira ta’ San Pawl f’Paphos… Kompli aqra »

April 26 – 2 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-volontiera li ħadu sehem fl-organizzazjoni taż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, fil-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-ħaddiema ta’ Media.Link, Pieta’ u wara lill-ħaddiema fil-Palazz tal-President, Valletta fejn jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem… Kompli aqra »

SINJAL U RESPONSABILTA’ GĦALL-KNISJA F’MALTA

Iż-żjara tal-Papa għandha sservi ta’ “sinjal” għall-Knisja f’Malta biex ma taqtax qalbha quddiem “ċirkostanzi ibsin” u tħeġġeġ evanġelizzazzjoni ġdida mibnija madwar “il-kelma, l-ferħ u l-entużjażmu… li rajna” u nidderiġuh għall-qadi tal-Mulej fl-evanġelizzazzjoni”.

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mistoqsi minn din il-gazzetta dwar iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Mons Cremona ddeskriva ż-żjara tal-Papa bħala suċċess li l-protagonisti tiegħu kienu dawk in-nies li bi ħġarhom fittxew biex jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

FOLOL KBAR JILQGĦU L-KWADRU TAL-MADONNA TA’ PINU FI TRIQTU LEJN IS-SANTWARJU TA’ PINU

Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu li kien Malta bħala parti mill-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet f’Għeluq iż-Żjara tal-Papa Benedittu Sittax f’Malta u fl-okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Warda tad-Deheb li l-Papa offra lill-Madonna ta’ Pinu, ilbieraħ ittieħed lejn is-Santwarju ta’ Pinu waqt pellegrinaġġ nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Pawlu Cremona u minn Nunzju Apostoliku Tommaso Capputo.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ kien espost għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja Parrokkjali Santa Marija tal-Mosta wara li fit-tlett ijiem ta’ qabel kien fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Nhar il-Ħadd, 25 ta’ April, 2010, propju Ħadd wara l-miġja tal-Papa, se jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet. Bl-għajnuna tas-seminaristi, tħejja programm għal dakinhar sabiex iż-żgħażagħ jiċċelebraw nofs ta’ nhar flimkien u joħolqu preżenza sabiħa. Il-programm jibda b’quddiesa li se tkun trasmessa fuq TVM u wara jitkompla b’attività simili għal treasure hunt li fiha il-parteċipanti jridu “jfittxu” aspetti marbuta mal-mixja vokazzjonali… Kompli aqra »

IT-TITULAR TA’ PINU F’PELLEGRINAĠĠ LEJN IS-SANTWARJU F’GĦAWDEX

Il-Ġimgħa, 23 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa l-Pellegrinaġġ bil-pittura titular ta’ Pinu għas-Santwarju tagħha, Għawdex. Minħabba li din il-Bazilika Marjana tgawdi minn devozzjoni qawwija, il-Papa Benedittu XVI, nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010, fuq il-Fosos tal-Furjana, irregala Warda tad-Deheb bħala rikonoxximent.

L-Insara gew mistiedna jakkumpanjaw b’carcade il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta lejn is-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex… Kompli aqra »

FIL-ĠERMANJA JIRRIŻENJA L-ISQOF TA’ AUGSBURG WARA ALLEGAZZJONIJIET TA’ ABBUŻI

Mons Walter Mixa

“L-Isqof ta’ Augsburg, Mons Walter Mixa, tefa r-riżenja tiegħu”. Dan kien ikkonfermat fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-djoċesi responsabbli mill-komunikazzjoni pubblika ta’ aħbarijiet.

“Mons Mixa, permezz ta’ ittra, talab li jirriżenja mill-kariga. Id-diskussjoni pubblika dwaru fl-aħħar ftit ġimgħat, laqtet direttament lis-saċerdoti u l-kongregazzjoni sħiħa tad-djoċesi”. Meta għamel hekk, Mixa ried li “jevita aktar ħsara lill-Knisja u jfittex bidu ġdid”.

Il-President tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża, Mons Robert Zollitsch, kien qal diġa li hu, flimkien mal-Arċisqof ta’ Munich, Mons Reinhard Marx, issuġġerew lill-Isqof Mixa sabiex jieħu ħin għalih… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ NAZZJONALI U QUDDIESA PONTIFIKALI TA’ RADD IL-ĦAJR GĦAŻ-ŻJARA APPOSTOLIKA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ April, 2010, fit-3:00 p.m, se jiġi organizzat pellegrinaġġ nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP u min-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo. L-Insara qed jiġu mistiedna jakkumpanjaw b’carcade il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta lejn is-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex. Fit-triq se ssir waqfa qasira ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Għal ħabta tal-4:30p.m, il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu u l-pellegrini mistennija jitilgħu fuq il-vapur tal-Gozo Channel bl-isem “Ta’ Pinu”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET MALTIN DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Aħna l-Isqfijiet inħossuna fid-dmir li nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li wettaq fostna permezz taż-Żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI.

Inħossuna grati ħafna lejn il-Papa għall-attenzjoni u l-imħabba li wera magħna.

Ma għandniex kliem biex infissru l-apprezzament tagħna għal-laqgħa mill-qalb li l-poplu tagħna, misjuq mill-fidi, ta lill-Papa.

Aħna konvinti li kienu ħafna dawk li laqgħu l-istedina tagħna biex isaħħu din il-ġrajja bit-talb u s-sagrifiċċji… Kompli aqra »

GRATITUDNI MILL-PAPA GĦAŻ-ŻJARA F’MALTA…IMFAKKAR IL-ĦAMES ANNIVERSARJU MILL-ĦATRA TIEGĦU BĦALA PAPA

Pope in Malta

Il-Papa Benedittu 16 esprima gratitudni kbira lill-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastici Maltin u lil dawk kollha li laqgħuH b’mod daqshekk kbir f’Malta.

Waqt l-udjenza ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa, il-Papa stqarr li fil-Grotta ta’ S.Pawl hu rringrazzja lil Alla għall-għemejjel abbundanti tal-fidi, Il-qdusija u ż-żelu missjunarju li l-predikazzjoni tal-Appostlu ġabet fil-Gżejjer Maltin.  Il-viżjoni nisranija, b’għeruq profondi fil-ħajja u l-kultura Maltija, qal il-Papa, tkompli toffri ispirazzjoni biex jintlaħqu l-isfidi soċjali u morali kbar taż-żminijiet tal-lum… Kompli aqra »