Arkivji mensili: April 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 9 ta’ April

Gwanni 21,1-14

Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid- dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn. Fil-għodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù… Kompli aqra »

L-ISKANDLU TAL-ABBUŻI SESSWALI: L-ISQFIJIET MALTIN DWAR L-UĠIGĦ U L-INDIEMA

L-Arċisqof Pawlu Cremona, u l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, saħqu li fid-dawl tal-allegati abbużi minn saċerdoti, kulħadd bħala Knisja jrid jgħaddi mill-indiema u mis-sogħba, mhux biss għad-dnub ta’ dawk li għamlu dawn l-abbużi, iżda li tinħass ukoll l-umiljazzjoni li dawn saru minn dawk li suppost, f’isem il-Knisja, kellhom id-dmir li jħarsu u jipproteġu lil dawn iż-żgħar.

Filwaqt li appellaw lill-Insara biex f’materja gravi bħal din jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti kollha, anki ċivili, tennew dak li l-Knisja qalet sa mill-1999 – li l-Insara għandhom l-obbligu li minflok jisktu u jostru, jikkoperaw mal-Knisja biex fi ħdanha din il-pjaga tissaffa u titneħħa… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TA’ INDIEMA U SOGĦBA MILL-ISQFIJIET MALTIN

Dan l-aħħar, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI, bagħat Ittra lill-Knisja fl-Irlanda dwar it-traġedja tal-abbużi sesswali fuq minuri. Fiha hu tkellem fuq il-kruha li hemm f’dawn  id-delitti. Huwa sejħilhom: “atti kriminali u ta’ dnub”.  Dan id-delitt, bil-mistħija tal-Knisja kollha, jidher iktar fil-kruha tiegħu meta huwa mwettaq minn saċerdoti. Aħna lkoll, bħala Knisja, irridu ngħaddu mill-indiema u mis-sogħba mhux biss għad-dnub ta’ dawk li għamlu dawn l-abbużi, iżda nħossu wkoll l-umiljazzjoni li dawn saru minn dawk li suppost, f’isem il-Knisja, kellhom id-dmir li jħarsu u jipproteġu lil dawn iż-żgħar… Kompli aqra »

“BIL-GĦATX GĦALL-ĦAJJA”

“Dan hu l-irxoxt tagħna… meta nitgħallmu nagħrfu l-ħajja, li l-ħajja clean (bla droga) tagħtina sodisfazzjon iktar mill-ħajja bid-droga… il-konsegwenzi tad-droga koroh wisq… itellgħuk… itellgħuk fuq il-kalvarju”.

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online Matthew (l-ismijiet huma fittizji biex titħares l-identità tal-persuni), żagħżugħ ta’ 22 sena li bħalissa qiegħed jagħmel il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga f’San Blas. L-istess bħal Mark, li hu tampar Matthew u li wkoll qiegħed fuq dan il-programm, għal numru ta’ snin, il-ħajja kienet appuntu kalvarju, li fiha, issa, xaqq id-dawl tal-‘qawmien’… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 8 ta’ April

Luqa 24,35-48

U huma wkoll tarrfulhom x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom?” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien.” Huwa u jgħidilhom dan, uriehom idejh u riġlejh… Kompli aqra »

FR. CANTALAMESSA JIKKJARIFIKA R-REFERENZA LI GĦAMEL GĦAL-LHUD

Fr Raniero Cantalamessa

Il-predikatur tal-Papa Benedittu XVI, Patri Raniero Cantalamesa esprima d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li d-diskors li huwa għamel fil-Ġimgħa l-Kbira fil-preżenza tal-Papa, seta’ offenda lil-Lhud. Matul il-liturġija dakinhar huwa qara minn ittra li qal li rċieva mingħand ħabib tiegħu Lhudi li kkwotah jara fl-attakki riċenti tal-media fuq il-Papa u l-Knisja in konnessjoni mal-abbużi sesswali minn membri tal-kleru, aspetti ta’ anti-semitiżmu.

Tali kummenti qajmu furur fost ħafna Lhud u ġabu anki reazzjoni minn membri tal-Knisja Kattolika… Kompli aqra »

L-AĦĦAR PREPARAMENTI GĦAĊ-ĊERIMONJI TAL-WASLA U TAT-TLUQ FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA

Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ April, 2010, ingħataw dettalji dwar iċ-ċerimonji tal-wasla u t-tluq tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).

L-MIA, il-Membri tas-Sigurta tal-Ajruport (OMAS) u l-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta flimkien mal-Forza Armati Maltin, lkoll huma nvoluti b’xi mod f’din iċ-ċerimonja hekk importanti.

Il-Papa mistenni jasal Malta s-Sibt 17, ta’ April, 2010 fil-5.00pm, fejn ser jiġi milqugħ mill-President ta’ Malta, George Abela, il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 7 ta’ April

Luqa 24, 13-35

Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ PAWLIN BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta, nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ April, se jsir Pellegrinaġġ Nazzjonali bis-sehem taż-żewġ djoċesi, Malta u Għawdex.  Il-pellegrinaġġ jibda minn ]dejn id-dar tal-Irtir ta’ Mt St Joseph, f’Tarġa Gap fis-6.15pm u jintemm b’ċerimonja qasira fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, f’San Pawl il-Baħar. Matul iċ-ċerimonja titqabbad ħuġġieġa simbolika, jinqara r-rakkont tan-Nawfraġju mill-Atti tal-Appostli u jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija bħala stqarrija tal-fidi li ġabilna l-Appostlu Missierna.  … Kompli aqra »

MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦALL-GĦID IL-KBIR

“Rajt lill-Mulej”

Kienet l-aħbar li Marija Maddalena tat lill-appostli f’dak il-Jum ta’ elfejn sena ilu. Kien l-iktar mod komuni kif il-bnedmin setgħu jagħtu l-aħbarijiet lil xulxin: bil-fomm!

Ġesu’ Rxoxt kellu modijiet oħra. Bħala dak li rxoxta ma ħalliiex f’idejn l-appostli biss biex jgħaddu din l-aħbar lil xulxin. Hu stess personalment beda jgħaddi din l-aħbar għaliex kien irxoxta. San Pawl jirrakonta id-dehra ta’ Ġesu’ rxoxt lil bosta nies, ibda minn Kefa (ara I Kor 15,5-8)… Kompli aqra »