Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ April, 2010, ingħataw dettalji dwar iċ-ċerimonji tal-wasla u t-tluq tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA).

L-MIA, il-Membri tas-Sigurta tal-Ajruport (OMAS) u l-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta flimkien mal-Forza Armati Maltin, lkoll huma nvoluti b’xi mod f’din iċ-ċerimonja hekk importanti.

Il-Papa mistenni jasal Malta s-Sibt 17, ta’ April, 2010 fil-5.00pm, fejn ser jiġi milqugħ mill-President ta’ Malta, George Abela, il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il-President ta’ Malta  mistenni jagħmel diskors ta’ merħba u wara l-Papa ukoll jagħmel diskors tal-okkażjoni.

Iċ-ċerimonja tat-tluq ta’ nhar il-Ħadd 18 ta’ April, 2010, mistennija tibda fis-6.40pm fejn ser jindaqqu l-innijiet Nazzjonali ta’ Malta u tal-Vatikan. Il-President flimkien mal-Qdusija tiegħu, Benedittu XVI, jagħmlu diskors tal-aħħar qabel mal-Papa jitla abbord it-tijira KM1950 li mistennija tħalli gżiritna għal ħabta tas-7.10pm. In-numru tal-ajruplan ġie magħżul, apposta, biex jitfakkar l-1950 anniversarju mill-wasla ta’ San Pawl f’Malta.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.