DISKUSSJONI DWAR IS-SAĦĦA TAL-FAMILJA MILL-MOVIMENT TA’ KANA
17/05/2010Skont il-qawl, is-saħħa kollox. Jiġifieri min ikun b’saħħtu ma jkun jonqsu xejn u jgħix ħajja kif għandha tkun. Għalkemm dan il-qawl qed jgħid sewwa, mill-banda l-oħra, il-kwalità tal-ħajja tal-familja hija marbuta wkoll ma’ relazzjonijiet b’saħħithom, gwida tajba mill-ġenituri u l-istabilità emozzjonali tal-membri kollha tagħha. Is-saħħa tal-familja tiddependi ħafna minn kemm il-membri tagħha jkollhom ħila jibbilanċjaw ix-xogħol, is-serħan u l-logħob, li lkoll jistimulaw enerġija oħra, ikattru s-sodisfazzjon u jġagħlu lill-membri jħossuhom aħjar… Kompli aqra »