Arkivji mensili: Mejju 2010

SEMINAR MIS-SEGRETARJAT ĦAJJA U ĦIDMA FIL-PARROĊĊI

Nhar is-Sibt, 29 ta’ Mejju, 2010, is-Segretarjat Ħajja u Ħidma fil-Parroċċa flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. organizzaw Seminar ta’ Formazzjoni għall-Moderaturi tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali tas-sebgħin Parroċċa f’Malta kif ukoll għall-Moderaturi tal-Unitajiet Parrokkjali.  Dan is-Seminar sar fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.

Matul din is-sena, dan is-Segretarjat qed jitfa’ l-attenzjoni tiegħu b’mod partikulari fuq il-ħidma tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, kif ukoll fuq ir-rwol importanti li għandu kull Moderatur fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa… Kompli aqra »

31 ta’ Mejju – 6 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’recording ta’ programm tar-radju, fuq l-istazzjon Radju Malta.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi kors ta’ Aġġornament għall-Kleru fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm tar-radju fuq l-istazzjoni RTK .

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu, u f’għeluq l-ewwel ċentinarju tal-kappella fir-residenza San Vincenz de Paule… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Mejju

Luqa 1, 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha,                       it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? … Kompli aqra »

IL-PAPA JEŻORTA DWAR IL-ĦIDMA TAL-KNISJA F’ISEM ALLA TRINITA

Pope Benedict XVI

62/A, 627). Invocando la Beata Vergine Maria, prima creatura pienamente inabitata dalla Santissima Trinità, domandiamo la sua protezione per proseguire bene il nostro pellegrinaggio terreno.

Il-Papa Benedittu XVI qal li fis-sinjal tas-salib u f’isem Alla l-Ħaj wieħed isib il-mezz biex jikber fil-fidi tiegħu u jsib ukoll ispirazzjoni għall-ħajja tiegħu tat-talb. Fil-messaġġ qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, Benedittu XVI eżorta lill-insara sabiex ikunu fidili lejn il-kuxjenza tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Mejju

Ġwanni16, 12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom »… Kompli aqra »

SEMINAR: L-EFFETTI TAL-FAQAR FUQ IL-FAMILJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona qal li l-Arċidjoċesi ta’ Malta għandha sehem importanti fil-proċess li jħares mill-qrib u jaġixxi quddiem l-uġigħ ta’ min qed ibati, inkluż mill-faqar. Fi kliemu, la f’Malta jeżisti l-faqar, jeżistu l-fqar. Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kien organizzat seminar mill-Aġenzija Caritas flimkien mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tad-djoċesi u l-Provinċja Agostinjana f’Malta. Is-seminar iffoka fuq l-effetti tal-faqar fuq il-familja, anki bħala parti mill-kampanja ILQA’ L-ISFIDA…ĠIB IL-FAQAR FIX-XEJN… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Mejju

Mark 11, 27-33

Mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien” qalilhom Ġesù, “weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

L-ARĊIDJOĊESI TA’ SYDNEY TINGĦAQAD MAL-ISQFIJIET INGLIŻI FI KRITIKA KONTRA REKLAM TELEVIŻIV GĦALL-ABORT

Abortion

L-Arċidjoċesi ta’ Sydney fl-Awstralja qed tappoġġja lill-Isqfijiet Ingliżi fi kritika iebsa għal riklam televiżiv minn kumpanija li tipprovdi l-abort, riklam li kien trasmess dil-ġimgħa fir-Renju Unit. L-avviz kummerċjali, produzzjoni ta’ Marie Stopes International, li hi waħda mill-ikbar kumpaniji li tipprovdi l-abort fir-Renju Unit, qed tistaqsi l-mistoqsija…”Tinsab tard? – Jekk il-period għadu ma ġiekx, jista’ jkun li tqila. Jekk tqila u ma tafx x’se tagħmel, Marie Stopes International tista’ tgħinek”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Mejju

Mark 11, 11-25

Daħal Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu… Kompli aqra »

ĊENTRU TA’ TEOLOĠIJA KATTOLIKA SE JIFTAĦ F’HAMBURG

Hamburg University

Rapporti tal-Vatikan qalu li l-Universita ta’ Hamburg qed tħejji għat-tnedija ta’ ċentru ġdid ta’ Teoloġija Kattolika u pedagoġija tar-reliġjon. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan irrapporta li fit-18 ta’ dax-xahar, is-Santa Sede u l-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja “ffirmaw ftehim dwar il-ħolqien ta’ dan iċ-Ċentru”. L-Universita ta’ Hamburg għandha Ċentru simili għat-teoloġija protestanta fuq il-kampus.

L-Arċidjoċesi ta’ Hamburg irrappurtat li l-inizjattiva għandha bħala għan li tiżviluppa t-Teoloġija Kattolika fi djalogu ma’ xjenzi oħra, u aspett partikolari taċ-Ċentru se jkun li jippromwovi id-djalogu bejn il-Knisja u l-Istat dwar it-tagħlim tar-Reliġjon u x-Xjenza… Kompli aqra »