Arkivji mensili: Mejju 2010

ROLLING BACK THE TIDE OF MARRIAGE BREAKDOWN – DISKORSI

Id-diskors ta’ E.T. Isqof Mario Grech matul il-konferenza organizzata minn ProgettImpenn, nhar is-Sibt 15 ta’ Mejju, 2010, bit-tema ‘Rolling Back the Tide of Marriage Breakdown’:

Djanjosi ta’ pazjent tiehu f’kunsiderazzjoni kemm is-sintomi tal-marda, kif ukoll il-kawza ta dawk l-effetti! Tkun mizura dghajfa jekk wiehed jikkura l-gerhat ta persuna diabetika, minghajr ma jindirizza l-marda tad-diabete!

Inhoss li dan qed jigri ukoll fostna meta nitkellmu dwar it-tishih taz-zwieg u lfamilja… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONI SOĊJALI 2010

Id-diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP matul il-laqgħa ma’ dawk li jaħdmu fil-media, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali, il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju, 2010, fil-Kurja tal-Arċisqof.

Jiena nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-laqgħa li ssir kull sena. Hija okkażjoni biex niltaqgħu u naqsmu xi ħsibijiet. Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzjakom tas-servizz li tagħtu lis-socjeta’ maltija bil-ħidma tagħkom… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 21 ta’ Mejju

Ġwanni  21,15-19

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?””Iva, Mulej?” wieġbu,”int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi… Kompli aqra »

IMNIEDI FUQ L-INTERNET SEARCH ENGINE TAL-BIBBJA KATTOLIKA

Catholic.net logo

Tnediet online search engine ġdida tal-Bibbja Kattolika li tippermetti lill-individwu jfittex u jsib testi u passaġġi Skritturali. Il-programm kien uffiċjalment imniedi fil-pubbliku fl-aħħar jiem minn http://catholic.net/

L-istqarrija għall-istampa qalet li din hi l-ewwel Bibbja Kattolika kompleta li tista’ tintuża għal tiftix b’sempliċiment kelma jew aħjar b’’keyword search’. Żiedet li offruti f’dan il-programm huma verżjonijiet tal-Bibbja f’żewġ traduzzjonijiet approvati mill-Vatikan – bl-Ingliż u bl-Ispanjol… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TAL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN

Il-Knisja f’Malta tixtieq tistieden lill-Insara Maltin jinġabru flimkien għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, nhar is-Sibt, 22 ta’ Mejju, 2010, quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur. Din is-sena ċ-ċelebrazzjoni se tkun marbuta mas-Sena tas-Saċerdoti li nieda l-Papa Benedittu XVI. Fil-fatt, it-tema li ntagħżlet hi: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin” (Lq. 4:18).

Iċ-ċelebrazzjoni, ppreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., li jkun għadu kemm wasal lura Malta minn Żjara Pastorali lill-emigranti Maltin fil-Kanada u fl-Istati Uniti, tibda fis-7:30 p.m… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 20 ta’ Mejju

continue to make it known, so that the love with which you loved me may be in them, and so that I may be in them.

Ġwanni 17,20-26

“M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni.   … Kompli aqra »

STUDJU TAL-VATIKAN DWAR L-IMPENN IMĠEDDED TAL-KATTOLIĊI FIL-ĦAJJA POLITIKA

Vatican City

Il-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi se jibda l-24 Asemblea Plenarja ddedikata għall-konsiderazzjoni tas-suġġett “Xhieda ta’ Kristu fil-komunita politika”. Komunikat maħruġ mill-Kunsill innota wkoll kif il-Papa ripetutament affarma fuq il-ħtieġa kbira ta’ impenn imġedded mill-kattoliċi fil-ħajja politika.

L-attivita li tiskatta l-Ħamis, se tkun inawgurata mill-President tad-Dekasteru in kwistjoni, il-Kardinal Stanislaw Rylko.

It-tliet taħdidiet pjanati huma dawn: ‘Il-politika u d-demokrazija llum’ li se tkun indirizzata mir-Rettur tal-Universita Kattolika tal-Qalb Imqaddsa f’Milan l-Italja – Lorenzo Ornaghi; ‘Il-Knisja u l-komunita politika- punti vitali’ li se tkun in dirizzata mill-President tal-imsejjaħ Proġett Kulturali tal-Isqfijiet Taljani – Il-Kardinal Camillo Ruini; u finalment ‘Ir-responsabbilta tal-lajċi fil-ħajja politika’, taħdita li se tkun indirizzata mill-President tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja, l-Arċisqof Salvatore Fisichella… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 19 ta’ Mejju

Ġwanni 17,11-19

Jien ma għadnix aktar fid-dinja, iżda huma għadhom fid-dinja, u jiena ġej għandek. Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi… Kompli aqra »

ENFASI DWAR IL-VALURI KOMUNI TAL-KATTOLIĊI MAL-BUDDISTI

Cardinal Jean-Louis Tauran

Il-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż qed jissottolinea l-valuri komuni tal-Kattoliċi u l-buddisti, bħar-rispett lejn in-natura ta’ kull ħaġa, il-kontemplazzjoni, l-umilta, is-sempliċita, il-kompassjoni u l-ġenerożita.

“Nirrikonoxxu li nżommu komuni dawn il-valuri”, qal messaġġ mibgħut mill-Kunsill tal-Buddisti kollha fl-okkażjoni tal-festa ta’ Vesakh. Vesakh hi ċċelebrata f’jiem differenti, skont il-kalendarji użati mid-diversi gruppi Buddisti. Il-festa tfakkar it-twelid, il-ħajja ‘mdawla’ u l-mewt ta’ Buddha… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-EMIGRANTI MALTIN FI NEW YORK

Nhar is-Sibt, 15 ta’ Mejju, 2010, wasalna New York wara gimgha mimlija attivitajiet f’Tornto, Ontario il-Canada. Iz-zjara fil-Canada spiccat b’attivita’ socjali li ghaliha attendew mal-500 ruh. Kienet okkazzjoni sabiha u ta’ ferh kemm ghall-Arcisqof Pawlu Cremona li kellu l-opportunita` ikellem lil kulhadd, kif ukoll ghall-istess Maltin li geddew ir-rabtiet ta’ bejniethom. Hadmu hafna ghal din l-attivita’ Fr Karm Borg M.S.S.P., Kappillan tal-Komunita’ Maltija, kif ukoll Fr Domnic Cachia M.S.S.P… Kompli aqra »