Arkivji mensili: Mejju 2010

ITTRA MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA WARA Ż-ŻJARA PASTORALI F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

‘BIEX IL-FERĦ TAGĦNA JIBQA’

Ħuti,

Għaddejna ftit sigħat flimkien inħossu l-ferħ li niltaqgħu madwar ir-Ragħaj tal-Knisja kollha f’isem il-Mulej Ġesu’, il-Papa Benedittu XVI. Il-veru protagonist ta’ kollox kien l-Ispirtu s-Santu, li qanqal il-fidi li tinsab f’kull persuna. Huwa stess qalilna Fuq il-Fossos li dan “Huwa ferħ li jittrasforma ħajjietna u jimliena bit-tama fit-twettiq tal-wegħdiet ta’ Alla”… Kompli aqra »

IL-VATIKAN SE JIFFINANZJA RIĊERKA STAMINALI FUQ ĊELLOLI MINN ADULTI

Il-Vatikan ħabbar li se jkun qed jgħin finanzjarjament proġett ta’ riċerka fuq l-użu ta’ ċelloli staminali minn adulti fil-kura ta’ mard intestinali u mard ieħor.

Il-pożizzjoni assoluta tal-Knisja Kattolika favur il-ħajja mit-tnissil sal-mewt naturali hi artikulata sew fit-tagħlim etiku u morali tagħha. Fi ftit kliem, ladarba jseħħ it-tnissil, jew il-konċepiment, ħadd ma għandu jedd fuq dik il-ħajja ġdida.

Din il-pożizzjoni spiss tpoġġiha f’oppożizzjoni, u għalhekk hija tiġi kkritikata, mill-komunità…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 8 ta’ Mejju

Ġwanni 15, 18-21

“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m’huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll… Kompli aqra »

IŻ-ŻJARA PASTORALI TA’ L-ARĊISQOF PAWLU CREMONA FL-ISTATI UNITI U L-KANADA

Din hi vista li ssegwi dak li kien wiegħed Mons. Arċisqof nnifsu meta kien ordant Arċisqof tal-gzejjer tagħna.  Ħutna l-Maltin ta’ barra, jibqgħu ħutna u rridu ngħinuhom jibqgħu jiskopru, jħobbu u jgħixu l-fidi tagħhom.  Mhux hekk biss imma bil-prezenza tiegħu Mons. Arċisqof irid juri l-apprezzament tiegħu għas-sagriffiċji li dawn ħutna għamlu u magħhom jaqsam is-suċċessi tagħhom kif ukoll juri solidarjeta’ fid-diffikultajjiet tagħhom.  … Kompli aqra »

KWAŻI 3,000 JOQOGĦDU GĦALL-EŻAMI GĦAD-DĦUL FIL-JUNIOR LYCEUM

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li lbieraħ kważi 3,000 tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-Gvern qagħdu għall-aħħar eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum. Dan kif wara r-riforma fl-edukazzjoni li tħabbret is-sena l-oħra, dan l-eżami isse se jinbidel f’eżami nazzjonali għal dik li qed tissejjaħ bħala tranżizzjoni mingħajr skossi bejn l-iskola primarja u dik sekondarja.

F’dan l-eżami nazzjonali, it-tfal se jkunu ttestjati fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Il-lingwi se jkunu jinkludu test orali…… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 7 ta’ Mejju

Ġwanni 15, 12-17

Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’, ħalli kull ma titolbu lill-Missier f’ismi, huwa jagħtihulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 6 ta’ Mejju

Ġwanni 15, 9-11

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAPPROVA IL-PADRUNI TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’MADRID

WYD11-logo

Il-Vatikan approva l-padruni u l-postijiet fejn se jsiru l-attivitajiet ewlenin taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss f’Madrid fi Spanja f’Awissu 2011.

Il-Qaddisin approvati huma disgħa l-istorja tagħhom tirrifletti l-istorja tal-Knisja fi Spanja. Dawn huma San Sidor ħaddiem u martu Santa Marija de la Cabeza, Santa Tereża ta’ Avila u San Ġwann tas-Salib, Santa Rosa ta’ Lima, San Franġisk Saverju u San Rafel Arnaiz… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 5 ta’ Mejju

Ġwanni 15, 1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI U L-OPINJONI PUBBLIKA

Pope greets the public

Professur tal-Komunikazzjoni Soċjali fl-Universita Pontifiċja tas-Salib Imqaddes f’Ruma qal f’intervista li meta l-pubbliku jkollu l-opportunita li jara u jisma lill-Papa Benedittu XVI live, ikun fil-preżenza tiegħu fil-pubbliku, l-impressjoni hi waħda tajba. Norberto Gonzalez Gaitano, f’intervista ma’ Zenit wara tliet ijiem seminar dwar il-Knisja u l-Komunikazzjoni:l-Identita u d-Djalogu, tkellem dwar ir-riċerka tiegħu u qasam il-ħsibijiet dwar l-opinjoni pubblika kurrenti dwar il-Knisja… Kompli aqra »