Arkivji mensili: Mejju 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 4 ta’ Mejju

Ġwanni 14,27-31

Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej… Kompli aqra »

IL-PAPA F’MEJJU JITLOB GĦAL IKTAR ENTUŻJAŻMU MISSJUNARJU

missionary work

Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal iktar “entużjażmu missjunarju”. L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel fi tmiem kull xahar l-intenzjonijiet tal-Papa għax-xahar li jkun imiss. Għal dan ix-xahar ta’ Mejju qalet li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa se tkun iffukata fuq il-waqfien tal-kummerċ sfrenat tal-persuni, li sfortunatament jinvolvi miljuni ta’ nisa u tfal madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TA’ FEJQAN TA’ MALAJR MILL-ISQFIJIET MALTIN LILL-PRESIDENT GEORGE ABELA

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex nixtiequ nuru s-sentimenti tagħna ta’ dispjaċir u solidarjeta’ mal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika u l-familja tiegħu.

Nilqugħ lura f’Art twelidna waqt li nħeġġu lill-poplu ta’ dawn il-gżejjjer jingħaqdu magħna fit-talb tagħna lill-Mulej għall-fejqan ta’ malajr tal-Eċċellenza Tiegħu.

+ Pawlu Cremona O.P.

Arċisqof ta’ Malta

+ Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex

+ Annetto Depasquale

Locum Tenens Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-MALTESE CLUB F’ONTARIO, KANADA

Nhar is-Sibt, 1 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Maltese Club ta’ Windsor, Ontario, bħala parti miż-żjara pastorali fil-Kanada. L-Arċisqof iltaqa’ mal-emigranti Maltin u dawk ta’ dixxendenza Maltija li kienu preżenti. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Kanada u fl-Istati Uniti AGĦFAS HAWN.

‘DAK LI GĦADDEJJIN MINNU, QED IWEĠĠAGĦNA ĦAFNA’

“F’dak kollu li għaddejjin minnu, u li qed iweġġagħna ħafna minn ġewwa, nixtieq nirreferi għal dak li smajt il-Polonja f’laqgħa tal-Provinċjali li attendejt għaliha ftit ġimgħat ilu.

“Waħda mill-pilastri tal-Knisja hi t-tama, u hu importanti li biex tista’ tgħix din it-tama, teħtieġ li jkollok l-umiltà. F’din l-umiljazzjoni kollha li qed ngħixu bħalissa, tajjeb li bħala Soċjetà, filwaqt li neżaminaw sew x’seta’ ġara, inkunu umli biżżejjed fil-qalba tal-għajxien tagħna biex verament noffru tama.”

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online dil-ġimgħa Fr Louis Mallia MSSP, Superjur Reġjonali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li f’dawn l-aħħar snin kienet…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

IL-PAPA FI ŻJARA PASTORALI F’TURIN

Turin Shroud

Il-Papa Benedittu Sittax għamel żjara pastorali f’Turin fl-Italja u żar l-espożizzjoni tal-Liżar Imqaddes li jinsab għal wiri sat-23 ta’ Mejju li ġej.

Filgħodu huwa ltaqa’ mal-poplu fi Pjazza San Carlo u wara kkonċelebra quddiesa.  Għaliha attendew madwar 25,000 persuna. Fl-omelija, il-Papa saħaq li ħafna għadab, qasmiet u mibgħeda qed jikkontradixxu l-eżistenza tal-bniedem. Hu esprima ruħu li jinsab qrib dak bla xogħol, li jinsabu f’qagħda prekarja, il-familji, l-emarġinati u l-immigranti.  … Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 3 ta’ Mejju

Ġwanni 14,6-14

Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Mejju

It-Tnejn

8.30 a.m. Bħala parti miż-Żjara Pastorali lill-emigranti Maltin fil-Kanada, l-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-iskejjel f’Detroit, u jiċċelebra Quddiesa.

10.30 a.m. L-Arċisqof iħalli Detroit lejn Toronto.

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Grizma ta’ l-Isqof fil-Knisja ta’ San Pawl Appostlu, f’Toronto.

Is-Sibt

3.00 p.m… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 2 ta’ Mejju

Ġwanni 13,31-33a,34-35

Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu… Kompli aqra »

TAĦDITA DWAR CARITAS IN VERITATE

Caritas in Veritate: Fraternità, Reċiproċità u problemi ekonomiċi ġodda” kienet it-tema ta’ taħdita li saret mill-Professur Taljan Stefano Zamagni li saret nhar il-15 ta’ April.

Fi kliem Zamagni, wieħed mis-sinjali ewlenin ta’ żminijietna huwa r-riferenza ripetuta għall-etika, li fl-aħħar kwart ta’ dan is-seklu, ħadet post ir-riferenza persistenti li kienet issir għall-politika, speċjalment matul is-sittinijiet, meta “kollox kien meqjus bħala politika”… Kompli aqra »