GĦELUQ IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-1950 SENA MILL-MIĠJA TA’ SAN PAWL F’MALTA
31/08/2010Nhar is-Sibt, 28 ta’ Awissu, 2010, il-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, il-post tradizzjonalment assoċċjat man-nawfraġju u l-miġja ta’ San Pawl f’Malta, għalaq is-sena ddedikata lill-1950 anniversarju b’ċelebrazzjoni mill-aktar sinjifikanti.
Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-aħħar tal-Quddiesa, l-Kan. Arċipriet tar-Rabat, Dun Louis Suban, ippreżenta ġebla mill-grotta ta’ San Pawl li ser titqiegħed fuq l-artal ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali… Kompli aqra »