L-ARĊISQOF JORDNA SEBA’ DJAKNI
18/10/2010
Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda l-Ordinazzjoni għad-Djakonat ta’ seba’ seminaristi, fil-Katidral tal-iMdina.
Il-messaġġ tal-Arċisqof fiċ-ċelebrazzjoni tad-Djakonat:
Ħuti,
tafu li s-sagramenti huma sinjali li jidhru u li permezz tagħhom tingħata grazzja speċjali.Għandna ħames sagramenti li jagħtuna grazzja personali; erba’ sagramenti ngħidulhom ta’ l-inizzjazzjoni, tal-bidu: Magħmudija, Griżma ta’ l-Isqof jew Konfirmazzjoni, Qrar u Tqarbin u għandna s-sagrament tal-Morda li jiġi mogħti f’mument partikolari, f’mument ta’ tbatija tal-persuna… Kompli aqra »