Arkivji mensili: Diċembru 2010

IL-PUBBLIKU JATTENDI BI ĦĠARU BIEX IWASSAL L-AWGURI LILL-ISQFIJIET

L-għada tal-Milied, il-Ħadd 26 ta’ Diċembru 2010, numru kbir ta’ nies żaru l-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, biex iwasslu l-isbaħ xewqat lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, lill-Isqof Annetto Depasquale u lill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca.

Fost dawk li attendew, id-direttur tal-Caritas, Mons. Victor Grech li mexxa grupp ta’ rappreżentanti li jaħdmu mal-familji fil-bżonn fis-servizz tad-djakonija fil-parroċċi. F’kelmtejn tal-okkażjoni, Monsinjur Grech tkellem dwar il-ħidma tal-Caritas biex tikxef il-wiċċ tal-faqar u biex dejjem tkun fuq in-naha tal-fqir u l-batut… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Dicembru

Ġwanni  20,2-8

Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar… Kompli aqra »

IL-PAPA JIEKOL MAL-FOQRA

Pope with poor

Il-Papa f’attivita speċjali, stieden madwar 250 persuna fqira sabiex jingħaqdu miegħu għal Ikla wara l-Milied, bl-ikel ivarja minn għaġin fil-forn, għal laħam tal-vitella u kejk. F’din l-okkażjonima naqasx milli jikkundanna l-attakki ġodda madwar id-dinja kollha fuq dawk li jemmnu.

Jingħaqdu mal-Kap tal-Knisja u l-mistiedna tiegħu kienu wkoll madwar 250 soru, seminarista  u saċerdot mill-Missjonijiet tal-Karita, Ordni mwaqqfa minn Madre Tereża ta’ Kalkutta… Kompli aqra »

27 ta’ Diċembru – 2 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid.

7.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ terapewtika ta’ San Blas.

It-Tlieta

Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu l-Arċisqof iżur lis-saċerdoti morda fid-djar.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet fil-Monasteru ta’ Santa Klara, f’San Ġiljan.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-inawgurazzjoni tal-ground tal-football tal-Pieta’ Hotspurs.

L-Erbgħa

11.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Dicembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret

Mattew 2,13-15.19-23

Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu. ” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu, u mar fl-art ta’ Iżrael… Kompli aqra »

IL-PAPA B’APPELL BIEX JIEQFU L-KONFLITTI

Pope's blessing Urbi et Orbi

Il-Papa Benedittu Sittax fil-messaġġ tiegħu tal-Milied waqt il-barka ‘Urbi et Orbi’ fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, appella ghall-waqfien mill-kunflitti. Intant, stqarr li Alla sar bniedem u ġie jgħix fostna. Il-Papa kompla jgħid li Alla mhuwiex ‘il bogħod imma hu qrib. “Alla huwa magħna u mhux xi ħadd li ma nafuhx”.

L-imħabba ta’ Alla magħna tagħti perseverenza lill-komunitajiet insara kollha li jbatu minn diskriminazzjoni u persekuzzjoni, u tispira li l-mexxejja politiċi u reliġjużi biex jimpenjaw ruġhom għar-rispett sħiħ tal-liberta’ reliġjuża ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Dicembru

s.’

SOLENNITÀ TAT-TWELID TAL-MULEJ

Luqa 2,1-14

F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

.

Ħuti,

Din is-sena, il-messaġġ tal-Milied qiegħed nagħmlu mill-Isptar Mater Dei. Qed nagħmlu mill-Isptar għax dan huwa post fejn il-Mulej ikun ħafna qrib tagħna. Dan għaliex hawn issib ħafna nies bi tbatija, u Ġesu ġie biex jagħti l-ferħ tiegħu fil-Milied b’mod speċjali lil dawk li qegħdin ibatu. Qiegħed ukoll f’dan l-isptar għaliex it-tbatija ta’ xi wħud tagħti lok għal ħafna ġenerożita minn persuni oħrajn li jagħtu l-ħidma tagħhom b’ħafna ħerqa… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-MISSJUNARJI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Għeżież Missjunarji,

Wasal Milied ieħor. Il-Milied huwa l-mument meta aħna nindunaw dejjem iktar bl-imħabba ta` Alla l-Missier lejna l-bnedmin, meta tana lil ibnu biex jiġi fostna u jqaddes il-ħajja tagħna u jsalvana għal ġejjieni fid-Dehra tal-Missier.

Kull nisrani li jifraħ b’din il-verita` huwa ukoll mħajjar biex dan isir “bxara” tajba, bix-xewqa li jgħaddiha ukoll lill-oħrajn biex huma wkoll jifirħu miegħu.  Din hija s-sejħa li tiġi mis-sinjal tal-‘Effetah’: tisma` u xxandar il-Bxara t-tajba… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-EMIGRANTI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Ħuti,

Din is-sena, il-messaġġ tal-Milied qiegħed nagħmlu mill-Isptar Mater Dei. Qed nagħmlu mill-Isptar għax dan huwa post fejn il-Mulej ikun ħafna qrib tagħna. Dan għaliex hawn issib ħafna nies bi tbatija, u Ġesu ġie biex jagħti l-ferħ tiegħu fil-Milied b’mod speċjali lil dawk li qegħdin ibatu. Qiegħed ukoll f’dan l-isptar għaliex it-tbatija ta’ xi wħud tagħti lok għal ħafna ġenerożita minn persuni oħrajn li jagħtu l-ħidma tagħhom b’ħafna ħerqa… Kompli aqra »