Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Lulju

Mattew 5,13-16

“Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

KUNGRESS DWAR IT-TEOLOĠIJA TAL-ĠISEM OFFRUT ONLINE

Theology of the Body

Kungress dwar it-Teoloġija tal-Ġisem qed jiġi offrut online madwar id-dinja wara li r-reġistrazzjoni għalih fejn kien pjanat li jsir, ingħalqet.

L-Istitut għat-Teoloġija tal-Ġisem qed iżomm l-ewwel Kungress Nazzjonali bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar qrib Philadelphia, kungress li qed jattira numru ta’ kelliema sabiex jagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom u jmexxu workshops fuq is-suġġett minn diversi perspettivi: il-ministeru pastorali, il-katekeżi u l-evanġelizzazzjoni, il-filosofija u t-teoloġija, kif ukoll iż-żwieġ u l-familja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Lulju

Gwanni 20,1.11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI AMBJENT DWAR ĦONDOQ IR-RUMMIEN

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq toffri xi riflessjonijiet u tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-iżvilupp propost ta’ marina, hotel u binjiet oħra f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala, Għawdex. Dan tixtieq tagħmlu għaliex tħoss li d-diskussjoni pubblika li qanqal u li għadu jqanqal dan l-iżvilupp propost, qed tindirizza prinċipji fundamentali u għazliet importanti li jeħtieg li nagħmlu bħala pajjiż li hu mpenjat fl-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-gżejjer… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Lulju

Mattew,13,1-9

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

U qalilhom : “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom… Kompli aqra »

Iż-żgħażagħ jippreżentaw tifkira lill-isqof Grech

Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulu, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ppreżentat lill-Isqof Mario Grech b’tifkira taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Il-preżentazzjoni saret waqt laqgħa bejn il-KDŻ Malta u l-KDŻ Għawdex fil-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex.  It-tifkira, replika tal-istess pittura li ż-żgħażagħ irregalaw lill-Papa, timmarka l-kollaborazzjoni mill-qrib li saret bejn iż-żewġ Kummissjonijiet fit-tħejjiet għal din il-miġja.

Waqt il-laqgħa, iż-żewġ kummissjonijiet,  ħadu l-opportunità li jistiednu lill-Isqof Grech biex jieħu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid, is-sena d-dieħla… Kompli aqra »

L-ARĠENTINA TIRREŻISTI ‘Ż-ŻWIEĠ’ BEJN KOPPJI TAL-ISTESS SESS

Madwar 635,000 firma favur iż-żwieġ u l-familja kienu preżentati quddiem is-Senat Arġentin, hekk kif leġislaturi qed jikkunsidraw l-għaqda bejn persuni tal-istess sess u anki l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess.

Is-Senatur Liliana Negre de Alonso, President tal-Kummissjoni għal-Leġislazzjoni Ġenerali fi ħdan is-Senat, irċeviet rappreżentanti ta’ diversi istituzzjonijiet li ppreżentaw il-524,000 firma u stqarrija appoġġjata minn iktar minn 400 organizzazzjoni. 110,000 firma separate iddaħħlu wkoll minn nies li qed jappellaw lil dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż sabiex ipoġġu l-kwistjoni quddiem il-poplu għal vot… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Lulju

Mattew12,46-50

Kif kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk .” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

€174,770 JINĠABRU B’RISQ IL-MISSJONI IMMEXXIJA MIS-SOĊJETA’ MISSJUNARJA TA’ SAN PAWL

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, 2010, waslet fi tmiema il-Maratona Oħloq Tbissima b’risq il-missjoni immexxija mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Matul is-60 siegħa ta’ maratona inġabret is-somma sabiħa ta’ €174,770 li ġiet imħabbra minn Fr. Louis Mallia mssp, direttur ta’ ĊAM Productions international (ĊPi), kif ukoll is-Superjur Reġjonali u Direttur ta’ Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM).

Bosta attivitajiet’ żewqu din il-Maratona, fosthom Quddiesa, rużarju, mumenti oħra ta’ talb kif ukoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, rokna għat-tfal,  Oħloq Tbissima Song Festival u bosta attivitajiet oħra għall-familji… Kompli aqra »

IL-VATIKAN IĦAFFEF IL-PROĊESS FL-INVESTIGAZZJONI TA’ ABBUŻI MINN SAĊERDOTI

B’dokument ta’ 31artiklu, il-Vatikan fittex li jiffaċilita l-proċess ta’ kif jittratta ma’ saċerdoti li jabbużaw sesswalment mill-minuri. Dan minbarra kjarifikar u aġġornament ta’ proċeduri oħra u krimini li jgħaddu minn taħt idejn il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Fil-maġġorparti tiegħu, il-kontenut tad-dokument, approvat mill-Papa Benedittu XVI fil-21 ta’ Mejju li għadda, diġa daħal fis-seħħ. In-normi jorganizzaw f’dokument wieħed fakultajiet mogħtija lill-Kongregazzjoni tul is-snin mill-Ittra Appostolika “Sacramentorum Sanctitatis Tutela” tal-2001, li tissottolinea n-normi attwati fl-indirizz tal-każi meqjusa bħala “krimini gravi” jew “gravioribus delictis”… Kompli aqra »