Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Lulju, 2010, waslet fi tmiema il-Maratona Oħloq Tbissima b’risq il-missjoni immexxija mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Matul is-60 siegħa ta’ maratona inġabret is-somma sabiħa ta’ €174,770 li ġiet imħabbra minn Fr. Louis Mallia mssp, direttur ta’ ĊAM Productions international (ĊPi), kif ukoll is-Superjur Reġjonali u Direttur ta’ Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM).

Bosta attivitajiet’ żewqu din il-Maratona, fosthom Quddiesa, rużarju, mumenti oħra ta’ talb kif ukoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, rokna għat-tfal,  Oħloq Tbissima Song Festival u bosta attivitajiet oħra għall-familji. Il-President ta’ Malta, Dr. Ġorġ Abela, il-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi u il-Kap tal-Opposizzjoni, Dr. Joseph Muscat attendew għal din l-attivita’.

F’kelmtejn ta’ l-egħluq  Fr. Louis Mallia  MSSP irringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu biex il-Maratona kienet esperjenza sabiħa. Tenna li l-imħabba li biha ħadem kullħadd ikkaratteriżżat din il-Maratona li kif tixhed is-somma kienet suċċess.

Il-linji tat-telefon ser jibqgħu miftuħin sa 31 ta’ Lulju  2010 u għalhekk jekk hemm min għadu jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:

€7                           50049853                             €10                         50036910

€12                         50049855                             SMS €4.66           50618099

€23                         50049850