B’dokument ta’ 31artiklu, il-Vatikan fittex li jiffaċilita l-proċess ta’ kif jittratta ma’ saċerdoti li jabbużaw sesswalment mill-minuri. Dan minbarra kjarifikar u aġġornament ta’ proċeduri oħra u krimini li jgħaddu minn taħt idejn il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Fil-maġġorparti tiegħu, il-kontenut tad-dokument, approvat mill-Papa Benedittu XVI fil-21 ta’ Mejju li għadda, diġa daħal fis-seħħ. In-normi jorganizzaw f’dokument wieħed fakultajiet mogħtija lill-Kongregazzjoni tul is-snin mill-Ittra Appostolika “Sacramentorum Sanctitatis Tutela” tal-2001, li tissottolinea n-normi attwati fl-indirizz tal-każi meqjusa bħala “krimini gravi” jew “gravioribus delictis”.

Skont in-normili jittrattaw l-abbużi sesswali fuq il-minuri, id-dokument il-ġdid jirdoppja l-istatut dwar il-limitazzjonijiet, billi jestendih minn 10 snin wara għeluq it-18il sena tal-vittma għal 20 sena. Eċċezzjonijiet għal dan jistgġu isiru wkoll skont il-każ partikolari.

Fil-lista ta’ krimini iktar gravi trattati mill-kongregazzjoni dottrinali, żdiedu wkoll l-akkwist, il-pussess u t-tqassim ta’ materjal pornografiku li jinkludi lit-tfal. Aktar minn hekk krimini sesswali fil-konfront ta’ persuni mentalment diżabbli, huma kkunsidrati l-istess bħal dawk li jsiru fuq it-tfal.

Normi li diġa jinsabu fis-seħħ, kienu inklużi fid-dokument il-ġdid.

Fost oħrajn, il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tista’ tipproċedi b’ġuri ekkleżjastiku f’każi serji u ċari u tipproċedi billi tressaq quddiem il-Papa każ ta’ tkeċċija tas-saċerdot mill-istat kjeriku tiegħu. Tista’ wkoll tagħti dispensa mill-ġuri ġuridiku u tawtorizza proċess uffiċjali.

In-normi aġġornati jinkludu wkoll krimini oħra ta’ ċertu livell ta’ serjeta kontra l-fidi, bħall-apostasija, l-ereżija u x-xiżma. Dan jafferma r-responsabbilta ta’ kull Isqof li jiftaħ il-każ, bid-dritt li l-każ imur quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

Krimini kontra l-Ewkaristija u l-qrar huma wkoll parti mir-reviżjoni. Issa huma nklużi wkoll il-konsagrazzjoni tal-ewkaristija għal skopijiet li jinvolvu sagrileġġ, kif ukoll rekordjar jew manipular ta’ dak li jingħad fil-qrar. Barra minn hekk smigħ mhux awtorizzat tal-qrar jew ċelebrazzjoni ewkaristika ma’ ministri ta’ komunitajiet ekkleżjali li m’għandhomx is-suċċessjoni appostolika u li ma jirrikonoxxux id-dinjita sagramentali tal-ordinazzjoni saċerdotali. Krimini oħra fuq l-istess livell ta’ serjeta hi l-ordinazzjoni saċerdotali tan-nisa.

VATICAN CITY, JULY 15, 2010 (Zenit.org)