Yearly Archives: 2010

29 ta’ Marzu – 4 ta’ April

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa ta’ Ġesu’  Redentur u wara jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa ta’ San Gejtanu l-Hamrun.

L-Erbgħa

8.00 p.m. L-Arċisqof imexxi it-talb tal-Via Sagra, mill-Paroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara… Kompli aqra »

IKTAR MINN 91 FIL-MIJA TAŻ-ŻWIĠIJIET BEJN MALTIN HUMA RELIĠJUŻI

F’kull sena mill-aħħar ħames snin, iktar minn 90 fil-mija taż-żwiġijiet fejn kemm il-mara kif ukoll ir-raġel li ssieħbu fiż-żwieġ kienu Maltin, dawn għażlu r-rit reliġjuż għaż-żwieġ tagħhom. U dan meta ma jiġux ikkunsidrati ċifri relattivi għal żwiġijiet f’Għawdex!

Dan joħroġ minn ċifri mgħoddijin lil IL-ĠENSILLUM online mir-Reġistru Pubbliku dan l-aħħar dwar żwiġijiet f’Malta fl-aħħar ħames snin.

B’kollox, fl-aħħar ħames snin f’Malta biss ġew iċċelebrati 6,613-il żwieġ b’rit reliġjuż, fejn iż-żewġ partijiet kienu Maltin, 421 żwieġ b’rit reliġjuż bejn partijiet barranin u 303 bejn parti Maltija u parti barranija… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum-28 ta’ Marzu

Luqa 22,14-23,56

Meta sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda flimkien ma’ l-appostli. U Ġesù qalilhom: “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla ta’ l-Għid magħkom qabel ma nbati! Għaliex, ngħidilkom, din l-ikla m’iniex se nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għalkollox fis-Saltna ta’ Alla.” U qabad kalċi, radd il-ħajr u qal: “Ħudu dan il-kalċi u aqsmuh bejnietkom. Għaliex, ngħidilkom, minn issa  ‘l quddiem ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta’ Alla.” Mbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal: “Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b’demmi, id-demm li jixxerred għalikom… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 27 ta’ Marzu

Ġwanni 11,45-56

Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

MĦABBRA L-BANDS U L-ARTISTI LI SE JIEĦDU SEHEM FIL-LAQGĦA TAL-PAPA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, waqt konferenza stampa li ġiet mogħtija ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, tħabbru l-bands, kantanti u żeffiena li se jieħdu sehem fil-laqgħa tal-Papa Benedittu XVI maż–żgħażagħ, nhar it-18 ta’ April. Il-kunċert mal-Papa jibda’ fis 2.15pm u dawk li ġew magħżula se jkollhom l-opportunita’ juru t-talenti tagħhom fuq skala internazzjonali.

Mit-18-il band li applikaw mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) sabiex jieħdu sehem, ġew magħżula 10… Kompli aqra »

Riflessjoni għal Jum id-Duluri

O Marija, Omm wisq maħbuba tagħna,

int li toqgħod qrib is-slaleb tagħna

bħalma bqajt ħdejn is-salib ta’ Ġesù,

qawwi l-fidi tagħna sabiex, anki jekk mifluġa bid-dulur,

inżommu fissa l-ħarsa tagħna fuq il-wiċċ ta’ Kristu

li fih, fit-tbatija estrema tas-salib,

dehret l-imħabba kbira u safja ta’ Alla.

Omm tat-tama tagħna, agħtina l-għajnejn tiegħek biex,

lil hinn mit-tbatija u l-mewt, naraw id-dawl tal-qawmien;

agħtina l-qalb tiegħek biex inkomplu,

anki fil-mument tal-prova, inħobbu u naqdu… Kompli aqra »

CARITAS MALTA TIĠBOR €270,391 GĦALL-VITTMI TA’ ĦAITI

L-ammont miġbur minn Caritas Malta għal dawk milquta mit-terremot f’Haiti laħaq €270,391. Dwar din is-somma, Caritas Malta qalet li l-poplu Malti qatt ma jieqaf jissorprendi fil-ġenerożita tiegħu. Il-ġabra għall-fondi issa ngħalqet b’dan l-ammont jiġi trasferit  lill-Caritas Internationalis. Aktar informazzjoni dwar il-missjoni ta’ din l-organizzazzjoni ġewwa Haiti jinstab fuq is-sit www.caritas.org

Il-ġbir ta’ fondi beda fl-14 ta’ Jannar, 2010, wara t-terremoti li seħħ fit-12 ta’ Jannar… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 26 ta’ Marzu

Ġwanni 10,31-42

Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »

IL-PRESIDENT TA’ MALTA F’INTERVISTA MAL-AĠENZIJA TAL-AĦBARIJIET ZENIT

Dr George Abela

Il-President ta’ Malta George Abela qal li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI bejn is-17 u t-18 ta’ April li ġej f’Malta qed tispira ħafna tamiet fost il-poplu Malti. Il-President Abela qal dan f’intervista mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattolika ZENIT. Huwa tkellem dwar il-vjaġġ li l-Papa se jagħmel f’Malta biex ifakkar l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl. Fl-intervista huwa ddiskuta wkoll l-għeruq insara ta’ Malta u l-Ewropa in ġenerali, il-problema tal-Immigrazzjoni, is-sentenza tal-Qorti dwar il-kurċifisi fl-iskejjel u kwistjonijiet oħra li ffaċċjat Malta, pajjiż b’maġġoranza kattolika… Kompli aqra »