Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu, 2010, waqt konferenza stampa li ġiet mogħtija ġewwa l-MCAST, Raħal Ġdid, tħabbru l-bands, kantanti u żeffiena li se jieħdu sehem fil-laqgħa tal-Papa Benedittu XVI mażżgħażagħ, nhar it-18 ta’ April. Il-kunċert mal-Papa jibda’ fis 2.15pm u dawk li ġew magħżula se jkollhom l-opportunita’ juru t-talenti tagħhom fuq skala internazzjonali.

Mit-18-il band li applikaw mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) sabiex jieħdu sehem, ġew magħżula 10. Il-Pastoral Liturgical Youth Group għazlet lil: Y4J band, Heartbeat, Footprints, Mixja Neokatekumenali, Salt, Animae Gospel Choir, Rise, His Project, Symphonic Choir u Cedar House biex jieħdu sehem fil-kunċert.

Tmien artisti (żeffiena u kantanti) se jipparteċipaw ukoll fil-kunċert mal-Papa. L-artisti magħżula kienu:  Y4J Dance Team, Fr Karm Debattista, Maranatha Dance Team, Eleanor Cassar, Incite Motion School of Dance u Carlos Vella.