Yearly Archives: 2010

DETTALJI DWAR L-ATTIVITAJIET TAL-PAPA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

It-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, ingħataw aktar dettalji dwar il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ, li se ssir fil-Valletta Waterfront nhar il-Ħadd 18 ta’ April. L-attivitajiet jinkludu kunċert mill-aqwa Christian bands lokali, u mill-band popolari Winter Moods li ntagħżel miż-żgħażagħ stess. Il-kunċert jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ diversi kantanti, muziċisti, zeffiena u kor ewlieni. Iż-żgħażagħ se jkollhom ukoll l-opportunita` li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-Papa li se jkun prezenti għal siegħa, wara li jasal b’catamaran mill-Kalkara għal mal-moll tal-Valletta Waterfront fejn se ssir il-laqgħa taż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Uffiċjali ta’ Jum iż-Żgħażagħ


The 2010 WYD Song Contest was held on Saturday, 27th February, 2010 at the Salesian Oratory in Sliema with the participation of seven Christian Bands, namely: Altaer, Footprints, His Project, Rise, StageCraft, The Cross and The Prophecy.  The turnout for this Contest was fantastic with the Salesian Theatre at maximum capacity and the crowd cheering throughout the band’s peformances… Kompli aqra »

SKEMI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

Il-Kummissjoni Teoloġika tal-Knisja f’Malta ħejjiet ktejjeb b’tagħlim tal-Papa Benedittu XVI. Fi kliem il-President tal-Kummissjoni Teologika, Dun Hector Scerri dan il-ktejjeb ghandu jghin lill-Insara biex matul ir-Randan ihejju ruhhom ghall-Ghid il-Kbir u għaż-Żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI permezz ta’ kitbiet u diskorsi tal-Papa nnifsu.  Dan il-ktejjeb huwa mqassam fi tmintax-il skema li kollha jisiltu aspett partikolari mit-tagħlim tal-Papa.

AGĦFAS HAWN hawn biex tniżżel il-ktieb ‘SKEMI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA’… Kompli aqra »

LECTIO DIVINA

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija flimkien mal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u l-Istitut Karmelitan  qegħdin jorganizzaw Lectio Divina nhar is-Sibt 6 ta’ Marzu fit-8.00pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina immexxija minn Rev Fr. Charlo’ Camilleri O Carm.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 4 ta’ Marzu

Luqa 16:19-31

“Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjn; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham… Kompli aqra »

MUSULMANI U KATTOLIĊI JISKREDITAW IL-VJOLENZA MOTIVATA MIR-RELIĠJON

Violence

Rappreżentanti Musulmani u Kattolċi ngħaqdu flimkien jipprotestaw għall-manipulazzjoni tar-reliġjon biex tkun ġustifikata il-vjolenza, id-diskriminazzjoni u saħansitra l-interessi politiċi.

Dikjarazzjoni storika ffirmata mill-President tal-Kunsill Pontifiċju għad-djalogu Inter reliġjuż u mill-Mexxej tas-Sunni mill-Universita ta’ Al-Azhar, immarkat il-konklużjoni tal-laqgħa annwali li saret fil-jiem li għaddew fil-Kajr. Il-laqgħat laqqgħu membri tal-Kunsill Pontifiċju u tal-Kumitat Permanenti ta’ Al-Azhar għad-djalogu fost ir-reliġjonijiet monoteistiċi.

Sheik Mohammad Abd al-Aziz Wasil u l-Kardinal Jen Louis Tauran kienu l-firmatarji… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 3 ta’ Marzu 2010

Toqol ħafif

Fil-maħfra tiegħek, Mulej,

jien inqiegħed

il-veleni tiegħi tal-mibegħda,

li dejjem jagħtu togħma qarsa

lil kliemi u lil xewqti.

Saffili qalbi, Mulej!

Fil-ħniena tiegħek, Mulej,

jien inqiegħed

id-deċiżjonijiet tiegħi li ninbidel,

li dejjem nħallihom għall-għada.

Qanqal il-konverżjoni tiegħi, Mulej!

Fit-tenerezza tiegħek, Mulej,

jien inqiegħed

il-fidi tiegħi,

kultant imħeġġa

u kultant tnemnem

u li kultant tgħejja tipprova tidher

b’mod konkret

fil-ħidmiet tiegħi ta’ kuljum… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL GĦAXAQ

Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’. L-Arċisqof iltaqa’ mal-għalliema, studenti u ġenituri li kienu preżenti. L-istudenti dehru ferm entużjasti b’din iż-żjara u ħadu l-opportunita’ biex juru lill-Arċisqof xogħol li jwettqu f’attivitajiet extra-kurrikulari. F’laqgħa mal-istudenti l-kbar, l-Arċisqof ħa l-opportunita’ li jiddiskuti u jwieġeb għall-mistoqsijiet kurjużi li kellhom għalih u saħansitra lagħab magħhom il-logħba tradizzjonali Maltija, boċċi… Kompli aqra »

IS-SALIB U L-IKONA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’RAĦAL IL-ĠDID

Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2010, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)  ta’ Ħal Tarxien u Raħal Ġdid Kristu Re, flimkien ma’ żgħażagħ minn għaqdiet oħra organiżżaw attivita` f’Raħal il-Ġdid bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.  L-attivita’ bdiet b’Quddiesa fil-Knisja ta’ Kristu Re u wara sar kunċert fis-sala tal-Azzjoni Kattolika fejn iż-żgħażagħ assistew għal sagħtejn ta’ mużika mill-bands: The Prophecy, Salt, His Project u Footprints… Kompli aqra »

ISQFIJIET SPANJOLI: IL-LIĠI DWAR L-ABORT HI PASS LURA

abortion

L-Isqfijiet Spanjoli kkritikaw il-liberalizzazzjoni riċenti tal-liġijiet tal-abort fil-pajjiż u sejħulhom “pass serju lura fil-protezzjoni tad-dritt tal-ħajja”.

L-Isqof Awżiljarju Juan Antonio Martinez Camino ta’ Madrid, li huwa kelliemi għall-Konferenza Episkopali Spanjola, qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-liġi twarrab lill-ommijiet apparti milli teqred serjament il-ġid komuni.

L-Isqof Martinez indirizza lill-istampa fi tmiem laqgħa tal-Kummissjoni Permanenti tal-konferenza episkopali, liema laqgħa saret il-jum wara li s-Senat fi Spanja vvota li l-abort ikun permessibbli mingħajr restrizzjonijiet sa 14-il ġimgħa… Kompli aqra »