IL-FINANZI TAL-VATIKAN JISTGĦU JITJIEBU FL-2010
26/01/2010Vatican State
Rapporti mill-Vatikan qalu li s-sitwazzjoni finanzjarja tas-Santa Sede tista’ titjieb din is-sena, anke meta s-sitwazzjoni tibqa’ tkun waħda ta’ diffikultajiet kontinwi. Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal li l-2010 tista’ “tirrifletti it-tama ta’ xi forma ta’ evoluzzjoni finanzjarja u ekonomika”. In-nota ħarġet fi tmiem ta’ seminar ta’ jumejn għall-Kunsill tal-Kardinali li studja l-problemi ekonomiċi u ta’ organizzazzjoni fi ħdan is-Santa Sede.
Il-Kunsill presedut mill-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, ta ħarsa lejn il-baġits separate tas-Santa Sede u t-tmexxija tal-Istat tal-Vatikan… Kompli aqra »