Pope-Visit-Launch0

Il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, bħala parti mit-tħejjija għaż-żjara f’Malta tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI, bdiet mixja b’ Salib u Ikona, replika tal-istess simboli li jintużaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Din l-okkażjoni għanda sservi għal kull Nisrani, lajk, ikkonsagrat, jew reliġjuż, bħala ‘pellegrinaġġ’ fejn kullħadd jieħu l-okkazjoni li jagħmel sagrifiċċju u riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa.

Mill-Marina tal-lukanda Excelsior, Floriana dgħajsa tal-qlugħ ġarret is-Salib u l-Ikona għax-xatt ta’ Tas-Sliema. Hemmhekk, laqgħuhom grupp ta’ żgħażagħ, fosthom is-Sależjani Brigade, membri taz-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika), u grupp ta’ żgħażagħ Neokatekumenali. Is-salib u l-Ikona, minn fuq id-dgħajsa ġew mgħoddija lill-grupp Żgħażagħ Ġesù Nażżarenu fejn se jinżammu għal ġimgħa. Wara, s-Salib u l-Ikona se jigu mgħoddija liż-żgħażagħ Sależjani li se jieħdu s-Salib u l-Ikona fil-parroċċi ta’ tas-Sliema. Is-salib u l-Ikona se jkunu qed iduru dawk il-parroċċi fejn issir Quddiesa animata miż-żgħażagħ. Din il-mixja tibqa’ għaddejja kull ġimgħa sal-Ħadd, 18 ta’ April, fejn dakinhar is-Salib u l-Ikona jaslu fuq il-Fosos, Floriana, għall-Quddiesa ċċelebrata mill-Papa. Dakinhar stess, wara nofsinhar, dawn jittieħdu l-Valletta Waterfront fejn se ssir iċ-ċelebrazzjoni taż-żgħażagħ.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: info@photocityonline.com

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.