Arkivji mensili: Jannar 2011

FUNERAL TAL-ARĊISQOF EMMANUEL GERADA

Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Jannar, 2011, fl-4.00 p.m. jitlaq il-funeral mill-Isptar Mater Dei għall-parroċċa taż-Żejtun, fejn kien joqgħod l-Arċisqof Gerada. Fl-4.30 p.m. il-korteo funebri jasal f’Misraħ Karlu Diacono minn fejn jibda korteo mill-kleru, għaqdiet reliġjużi u soċjali sal-Oratorju (ħdejn il-Knisja Parrokkjali) fejn isir talb b’suffraġġju ta’ Monsinjur Arċisqof u wara jitqiegħed għall-qima tal-pubbliku sat-8.00 p.m.

It-Tlieta, 25 ta’ Jannar, 2011, l-Oratorju jerġgħa jiftaħ fis-7.30 a.m… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF EMMANUEL GERADA IMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA

Tħabbret il-mewt ta’ l-Arċisqof Emmanuel Gerada li huwa miż-Żejtun. Mgr. Gerada twieled fit-18 ta’ Mejju, 1920. Fl-1967 huwa ġie kkonsagrat Isqof Titulari ta’ Nomentum u Isqof Awziljarju tal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Hu serva f’karigi għoljin fil-korp diplomatiku tas-Santa Sede. Mgr. Gerada miet fis-6:30 ta’ dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

. BIOGRAPHY

.

Vatican diplomat born in Żejtun, Mgr. Gerada studied at the Lyceum, the Seminary, and the RUM where he graduated BA (1939) and was awarded a licentiate in theology in 1946… Kompli aqra »

PROPOSTI MIŻURI MILL-KNISJA ORTODOSSA BIEX JITNAQQAS L-ABORT

Abortion

Il-Patrijarka Ortodoss Kirill ta’ Moska u r-Russja kollha ippropona lill-President Russu Dimitri Medvedev serje ta’ policies dwar il-familja li jirrestrinġu l-aċċess għall-abort. Ir-rapport ħareġ mill-Aġenzija France Presse.

Il-proposti, li jimmarkaw l-ewwel pass tali mill-Knisja Ortodossa Russa, irrakkomandaw policies speċifiċi lill-Gvern Russu, qabel il-laqgħa tal-Kunsill tal-Istat fuq it-tema tal-familja. Fost affarijiet oħrajn, il-Patrijarkat qed jitlob li l-ispejjeż tal-abort ma jkunux iżjed koperti mis-sistema tas-saħħa, sakemm ma jkunx każ ta’ periklu tal-mewt għall-mara… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Jannar

San Mark 3,13-19

Tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippridkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu  x-xjaten. Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad,  u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun  il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL

Iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika tal-Konverzjoni ta’ San Pawl se jibdew is-Sibt, 22 ta’ Jannar. Fil-5.45 p.m. issir it-Translazzjoni tal-Relikwija ta’ San Pawl. Fis-6.00 p.m. tibda Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali. Jippresiedi l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Il-Ħadd, 23 ta’ Jannar, fit-8.55 a.m, jitkanta t-Talb ta’ Sbieħ il-Jum. Fid-9.30 a.m, tibda Quddiesa Pontifikali Konċelebrata, preseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Il-programm fil-Katidral ikompli fil-5.00 p.m… Kompli aqra »

‘L-EKUMENIŻMU DIĠA ĦALLA L-FROTT’ – IL-PAPA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qal li “t-tiftix għall-Għaqda Nisranija ma kien proċess faċli xejn, pero diġa attirat ħafna Insara qrib xulxin”. Dan minbarra li għamel il-Kristjaneżmu aktar attraenti għal min ma jemminx. L-ispirtu ta’ fraternita fost l-Insara “hi l-iktar sinjal tanġibbli ta’ għaqda, speċjalment għal dawk ‘il barra mill-komunita Nisranija.

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa din il-ġimgħa, waqt l-attivita ta’ Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda Nisranija, iddedika d-diskors tiegħu għall-ispjega tat-tema magħżula mill-Vatikan u mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes għall-attivita 2011… Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU DJOĊESAN FIL-KNISJA PARROKKJALI TAL-FLORIANA

Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Jannar, 2011, il-Knisja Arċipretali tal-Floriana kienet mimlija b’insara minn ħafna denominazzjonijiet li nġabru flimkien għal Servizz Ekumeniku ta’ talb għall-Għaqda fost l-Insara. Ippresieda l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, filwaqt li kienu preżenti ministri minn dawn il-komunitajiet: Kattolika, Rit Bizantin, Anglikana, Presbiterjana u Luterana. L-omelija tal-okkażjoni saret mill-Kanonku Anglikan Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Jannar

Mark 3,7-12

Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kull ma kien għamel, marru ħdejh. Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

MESSAĠĠ WAQT IL-QUDDIESA GĦALL-KOPPJI LI ŻŻEWĠU FL-2010

Għeżież,

Għadna kemm smajna esperjenza sabiħa. Nieħu spunt minn dak li għidtu intom: ‘ il-futur ma nafuhx, nafu ħaġa waħda, li l-Mulej se jimxi magħnA’. Fil-każ tiegħi mexa miegħi meta dħalt fil-bidu tal-vokazzjoni, mexa miegħi meta kont saċerdot, mexa miegħi meta kont kappillan u naf li qiegħed jimxi miegħi bħala Isqof. U l-futur tagħkom huwa l-istess. Ma tafux x’inhu, imma tafu li Alla se jimxi magħkom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Jannar

Mark 3,1-6

Raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejjqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.  Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs.” Mbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?” Iżda huma baqgħu siekta… Kompli aqra »