Arkivji mensili: Frar 2011

Assemblea Ġenerali tal-KDŻ għaż-Żgħażagħ

Is-Sibt 26 ta’ Frar – is-sitt edizzjoni tal-Assemblea Ġenerali għaż-żgħażagħ u l-mexxeja tagħhom se tkun imtella’ ġewwa l-Kumpless tal-Ħniena Divina, in-Naxxar. Din is-sena l-Assemblea ser tikkonċentra fuq il-formazzjoni – x’itfisser illum-il ġurnata u kif tista’ titkattar. Aktar minn hekk, l-Assemblea tirrifletti l-istampa tal-ħidma maż-żgħażagħ f’Malta bħalissa.

L-Assemblea Ġenerali hija okkażżjoni annwali biex tikkollabora, tisma’ u taqsam ma’ protagonisti oħra fil-qasam tal-pastorali maż-żgħażagħ. Id-diriġenti u kumitati ta’ għaqdiet kif ukoll iż-żgħażagħ infushom huma mistiedna li jieħdu sehem f’din il-laqgħa minn fejn tinħareġ il-viżjoni pastorali tad-djoċesi għaż-żgħażagħ… Kompli aqra »

IL-PAPA JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-LIBANU. JIRREFERI GĦAS-SITWAZZJONI FID-DINJA GĦARBIJA

Libya – Unrest

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal f’komunikat li l-Papa Benedittu XVI laqa’ fil-Palazz Appostoliku lill-President tar-Repubblika tal-Libanu, Michel Sleiman, matul liema laqgħa hu mifhum li saret l-ewwel referenza espliċita għal dak li qed jikkostitwixxi sitwazzjoni mill-iktar inkwetanti fil-Libja, bil-kummenti diretti, anki jekk kawti, tal-Papa.

“Id-diskussjonijiet kordjali servew biex kien issottolineat kif il-Libanu, bil-preżenza ta’ għadd ta’ komunitajiet Insara u Musulmani, hi fiha nnifisha messaġġ ta’ ħelsien u koeżistenza rispettabbli, mhux biss għar-reġjun, iżda wkoll għad-dinja… Kompli aqra »

QALBINNIES DWAR L-GĦIRA

Agħfas hawn biex tara l-ahhar edizzjoni tal-programm ‘QalbinNies’.

Fil-lista tas-seba’ dnubiet il-mejta l-ghira qieghda fit-tieni post wara s-suppervja….l-ghira ggib maghha hafna inkwiet u hi rizultat ta’ firda bejn kollegi, pajjizi, ahwa, koppji u hafna ohrajn. Infatti jekk imorru lura fl-istorja, fl-ewwel ktieb tal-genesi sahansitra naqraw li s-serp kien ghajjur ghal Alla u ghalhekk wasal li jwaqqa lil Eva fid-dnub…naraw ukoll kif Kain qatel lil Abel ghax kien jghir ghalih… Kompli aqra »

EVANĠELIZAZZJONI FL-UNIVERSITA’

On Tuesday, 22nd February 2011, Archbishop Paul Cremona O.P. visited the University Chapel and addressed a group of Lithuanian students and a group of Maltese students from the group ‘Dawl bil-Lejl’ who were preparing to evangelise at the University that same afternoon. The Archbishop imparted upon them his blessing  to go out and evangelise.

The Archbishop was then escorted to ‘it-Tajra’ place school, where he visited the children and staff… Kompli aqra »

IL-PAPA JFAKKAR LILL-VITTMI TAT-TERREMOT FI NEW ZEALAND

New Zealand earthquake

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI qal li “terremot b’saħħtu u qerriedi aktar minn dak ta’ Settembru li għadda, laħaq il-belt ta’ Christchurch fi New Zealand, u kkawżat telf ta’ ħajjiet u iktar nies mitlufa, minbarra tiġrif ta’ binjiet”.

Il-Papa esprima s-solidarjeta tiegħu speċjalment mal-poplu milqut minn din it-traġedja. Talab lil Alla sabiex itaffi t-tbatijiet tagħhom u jieqaf ukoll mal-ħaddiema involuti fl-operazzjoni ta’ salvataġġ… Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TAL-ĠNUS LI JIRREAĠIXXU GĦAD-DITTATORJAT

Libya Protests

Il-Kardinal Angelo Bagnasco, Arċisqof ta’ Genoa u President tal-Konferenza Episkopali Taljana, tkellem dwar il-ħtieġa li jħossu l-ġnus biex jirreaġixxu għal tmexxija dittatorjali li tmur kontra d-drittijiet fundamentali u kontra d-dinjita tiegħu.

F’kummenti dalgħodu, il-Kardinal Bagnasco, qal li “minbarra l-kwistjoni tevolvi tal-Libja, hemm l-Afrika ta’ Fuq kollha kemm hi, u huwa fatt li jidhirli li sar ukoll fi Lvant”. F’ċertu punt, kompla jispjega, “minbarra l-problemi politiċi u ekonomiċi, il-ġnus jirreaġixxu bi ħtieġa għal antropoloġija, għal xenarju ta’ bniedem li jmur kontra l-istess drittijiet fundamentali u d-dinjita tiegħu”… Kompli aqra »

JUM IL-LAJĊI 2011

Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, nhar il-Ħamis, 24 ta’ Frar, 2011. It-tema għal dan is-sena hi ‘Sehem il-Lajċi fil-Parroċċa’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jipparteċipa u jagħmel diskors f’għeluq il-konferenza li se ssir fl-iskola Santa Montika, Birkirkara.

Il-konferenza tibda fis-6.00 p.m. b’diskussjoni minn panel magħmul minn kappillani u lajċi u wara, diskors mis-Segretarju Pastorali, Mons. Charles Cordina.

Id-Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi, s-Sur Joe Farrugia, jixtieq jistieden lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-missjoni tal-Knisja sabiex jattendu u jieħdu sehem attiv f’din il-laqgħa… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-FGURA U LAQGĦA MAS-SOĊJETA’ ĊIVILI

Is-Sibt, 19 ta’ Frar 2011, Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Fgura, għall-ftuħ ufficċċjali tal-Vista Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. Il-ġurnata ta’ wara, l-Arċisqof iltaqa’ mas-Soċjeta’ Ċivili ta’ l-istess parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Zjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »