Arkivji mensili: Frar 2011

‘IL-FIDI TAGĦTI L-QAWWA’ – IL-PAPA

St. John of the Cross

Waqt l-udjenza ġenerali ta’ kull ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI qal li l-fidi tagħti l-qawwa fejn hemm l-isfidi u d-diffikultajiet tal-ħajja, inkluż il-mard u t-tbatija. Id-diskors tal-Papa Benedittu XVI kien immirat għaż-żgħażagħ, il-morda u l-koppji li għadhom kemm jiżżewwġu. Il-qofol tad-diskors tal-Papa Benedittu XVI kien biex iż-żgħażagħ ikomplu jkunu strument ta’ ferħ u paċi waqt li jħallu post f’qalbhom lil Ġesù… Kompli aqra »

LECTIO DIVINA

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza Lectio Divina nhar is-Sibt, 19 ta’ Frar 2011, fis-7:30 p.m. fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani, l-Imdina, immexxija minn Rev Fr. Martin Micallef OFM Cap. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li tinqara silta mill-Kelma t’Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla… Kompli aqra »

NUNZJU FL-EĠITTU – “IL-FUTUR TAL-EĠITTU F’IDEJN IL-POPLU”

Nuncio Michael Fitzgerald

“Il-futur tal-Eġittu huwa issa f’idejn il-poplu”. Hekk stqarr in-Nunzju Appostoliku tal-Eġittu. L-Arċisqof Michael Louis Fitzgerald li assuma l-irwol fl-2006, qal lill-aġenzija Zenit li “sta għall-poplu Eġizzjan biex issa jsib is-soluzzjoni t-tajba għall-kriżi preżenti”.

Wara tmintax-il jum ta’ protesti nazzjonali li ħallew saħansitra madwar 300 persuna mejta, il-President Eġizzjan Hosni Mubarak, ta’ 82 sena, ċeda l-poter. Huwa mexxa l-pajjiż għal 30 sena… Kompli aqra »

L-Esperjenza ta’ Volontarjat ta’ Michael Ellul Sullivan

Il-VOTO (Volunteers of the Order of Malta) ipparteċipat għall-ewwel darba għall-Malta Holiday Camp li sar bejn l-10 u s-17 ta’ Lulju 2010. Dan il-kamp ilu jiġi organizzat kull sena għal dawn l-aħħar għoxrin sena. L-International Holiday Camp kif inhu magħruf, hija attivita’ mifruxa fuq ġimgħa u organizzata mill-membri assoċċjati mal-Ordni ta’ Malta… Kompli aqra »

MESSAĠĠ GĦAL KOPPJI LI SER JIŻŻEWĠU FL-2011

Għeżież,

Xtaqt naqsam magħkom x’tgħallimna mill-Kelma t’Alla. Nibda billi ngħid li intom se tiżżewġu għaliex ħadtu deċiżjoni li l-ħajja tagħkom issa se tinbidel biex tkun ħajja flimkien għax inkella ma tkunux dħaltu fil-veru spirtu ta’ dak li intom sejrin tidħlu għalih fil-mument tat-tieġ tagħkom.

Fit-tieni lezzjoni S. Pawl qalilna: “Ngħallmu l-għerf moħbi f’misteru”. Żwieġ sagrament huwa misteru. Xi jfisser? Ftakru f’dawn l-4 punti:

  1. Hija sejħa li intom weġibtu għaliha…
  2. Kompli aqra »

STATISTIKA TAL-VATIKAN TURI ŻJIEDA FIN-NUMRU GLOBALI TA’ SAĊERDOTI

L'Osservatore Romano

In-numru ta’ saċerdoti kattoliċi fid-dinja żdied konsistentament fuq dak fis-ssnin imgħoddija u “l-abbundanza relattiva” ta’ saċerdoti fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq bdiet tiddgħajjef.

Dan qalu l-Vatikan. Fisser “l-abbundanza relattiva” u qal li tirreferi għall-persentaġġ ta’ saċerdoti madwar id-dinja li jgħixu fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq f’kuntrast mal-kattoliċi minn madwar id-dinja li jgħixu hemm. Meta antiċipat uħud miċ-ċifri li se jkunu ppubblikati fil-ktieb annwali li jippreżenta l-Vatikan fi Frar, il-gazzetta L’Osservatore Romano qalet li fl-1999, iktar minn 15% tas-saċerdoti madwar id-dinja għexu u qdew il-Ministeru tagħhom fl-Amerika Ċentrali u fl-Amerika t’Isfel… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur ‘Dar Vajrita’ f’Wied il-Għajn  bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Wied il-Għajn.

It-Tlieta

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Birgu f’konsultazzjoni dwar il-ħatra ta’ Arċipriet ġdid.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq Radju Marija… Kompli aqra »