Arkivji mensili: Frar 2011

l-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-ISTAFF TAL-I.T.U TAL-ISPTAR MATER DEI

Bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qiegħed jagħmel ma’ katergoriji differenti ta’ lajċi, nhar it-Tlieta 1 ta’ Frar, 2011, huwa ltaqgħa ma’ madwar 90 speċjalista, tobba u nfermiera li jaħdmu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei u magħhom iddiskuta diversi materji relatati mal-kura li għandhom jirċievu pazjenti b’mard serju u dawk li jkunu qegħdin f’tarf ħajjithom… Kompli aqra »

“IT-TALB HU ESSENZJALI BIEX WIEĦED JIFHEM IL-ĦAJJA” – IL-PAPA

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI qal li jekk bniedem ma jitlobx regolarment, ma jkunx jista’ jifhem sew l-eżistenza tiegħu u l-iskop ta’ ħajtu. Kuljum, il-bniedem jeħtieġ isib ammont biżżejjed ta’ ħin għat-talb, sabiex jinfetaħ għal Alla, għal dal-vjaġġ ta’ tiftix lil Alla sabiex jidħol f’relazzjoni ta’ ħbiberija miegħu.

L-udjenza tal-Papa kienet iffukata għall-ħajja u t-tagħlim ta’ Santa Tereża ta’ Avila, mistika u duttura tal-Knisja tas-16-il seklu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Frar

Mark 6,7-13

U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu;  u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejjquhom… Kompli aqra »

MEDJA TA’ 1,237,000 ABORT FIX-XAHAR

Madwar id-dinja qed isiru medja ta’ 1.2 miljun abort fix-xahar, waqt li hu stmat li mill-1922 ’il quddiem saru b’kollox madwar biljun abort.

Statistika riċenti turi li f’dawn l-aħħar snin ir-rata ta’ aborti fl-Istati Uniti ma baqgħetx tonqos kif kienet qabel, iżda stabbilizzat ruħha f’rata ta’ 19.6-il tarbija maqtula fil-ġuf għal kull elf mara bejn il-15 u l-44 sena.

Dawn il-fatti joħorġu minn ċifri ppubblikati separatament minn Johnstonsarchive.net u l-Guttmacher Institut… Kompli aqra »

FI FRAR, IL-PAPA JITLOB GĦALL-FAMILJA

Il-Papa Benedittu XVI qed jiddedika x-xahar ta’ Frar għat-talb għall-familja.

L-Appostolatura ta’ Talb ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għax-xahar ta’ Frar. Bħal kull xahar, il-Kap tal-Knisja Kattolaik jagħżel l-intenzjoni ġenerali tiegħu, li dax-xahar se tkun iffukata fuq il-familja. Qed jitlob “sabiex kulħadd jirrispetta l-familja u jirrikonoxxiha għall-kontribuzzjoni unika tagħha fil-progress tas-soċjeta”.

Il-Papa għażel bħas-soltu l-intenzjoni missjunarja tiegħu. Dax-xahar qed jitlob biex “il-komunitajiet insara jagħtu xiehda għall-preżenza ta’ Ġesu fil-qadi  ta’ dawk li jsofru minn mard fit-territorji missjunarji fejn il-ġlieda kontra l-mard hi ta’ priorita”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Frar

Luqa 2,22-40

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Seminar għaż-Żgħażagħ dwar il-Familja

Il-grupp taż-żgħażagħ Link, tal-parroċċa ta’ Hal Qormi San Ġorġ, ser jorganizza seminar nazzjonali bit-tema: Familja: Diversita`, Sforz u Sagrifiċċju? Din l-attivita, li qed titellgħa bl-għajnuna tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u l-Kummissjoni Djoċesana Familja, qed tkun organizzata bl-iskop, biex iz-żgħażagħ, li ħafna drabi jisimgħu biss fuq in-negattivita tal-familja nuruhom realta oħra, ħafna aktar posittiva min dak li qed jingħad fl-ambjenti fejn huma jiffrekwentaw.

Dan ser isir is-Sibt 12 ta’ Frar 2011, fis-sala taċ–ĊAK, B’ Kara, mid-9.00am sas-1.30pm u ġħalih huma mistiedna li jipparteċipaw dawk iż-żgħażagħ u adulti li għandhom min tmintax sa ħamsa u tletin sena… Kompli aqra »

ĠIMGĦAŻWIEĠ

ProġettImpenn se jingħaqad ma’ numru ta’ pajjiżi oħra biex jorganizza ‘ĠimgħaŻwieġ’ li se tiġi ċċelebrata bejn it-Tnejn, 7 u l-Ħadd 13 ta’ Frar, 2011.

F’konferenza tal-aħbarijiet li se ssir nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Frar, se tingħata nformazzjoni tal-attivitajiet li se jsiru matul din il-ġimgħa, filwaqt li se jingħataw ukoll dettalji tas-servizzi offruti mill-entitajiet tal-Knisja li jaħdmu mal-koppji miżżewġa u dawk li qed iħejju għaż-żwieġ… Kompli aqra »

“MINGĦAJR L-GĦERUQ INSARA, L-ISTITUZZJONIJIET MHUMIEX TA’ MIN JOQGĦOD FUQHOM”

Mons Rino Fisichella

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida, Mon s Rino Fisichella, qal li l-Knisja ma titfissirx sempliċiment f’azzjonijiet ta’ natura politika, jew f’dak imfisser fil-kultura tal-Punent. Waqt il-preżentazzjoni tal-ktieb miktub mill-kummentatur politiku Massimo Franco li jġib it-titlu ‘C’era una volta un Vaticano’, Mons Fisichella qal li ma jħaddanx l-istess opinjoni espressa fil-ktieb għax fi kliemu, hi “aspett politiku”. Żied li dak li stqarr Papa Ġwanni XXIII fi ftuħ il-Konċilju Vatikan II hu wkoll validu għal daż-żmien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Frar

Mark 5,21-43

Wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.” U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu… Kompli aqra »