Arkivji mensili: Mejju 2011

Sinjal Divin ta’ Kontradizzjoni

It was Our Lady, along with St Joseph, who first heard the words uttered by Simeon the prophet when they went to present the child Jesus at the Temple. Simeon told them that the child Jesus was “destined to be a sign of contradiction” (Lk 2, 35).

This is already an indication of the burden that the child Jesus had to carry… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Mejju

Ġwann 15, 9-11

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Il-Qaddis tal-jum: San Filippu Neri Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAS-SLIEMA

Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil Patri Richard Stanely Grech ofm bħala Kappillan tal-Parroċċa Madonna tas-Sacro Cuor, Sliema.

Patri Richard twieled nhar it-28 ta’ Ottubru 1955 minn Pawlu u Mary nee Vella. Daħal mal-Patrijiet Franġiskani Minuri u beda n-novizzjat fit-22 t’Ottubru 1972 fil-kunvent ta’ Sant’Antnin ġewwa Għawdex. Għamel l-istudji tiegħu fl-Istitut Filosofiku u Teoloġiku tal-Patrijiet Franġiskani Minuri ġewwa r-Rabat u fl-Istitut Internazzjonali San Salvatur f’Ġerusalemm.  … Kompli aqra »

LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI 2012 SE TĦARES MILL-QRIB LEJN IL-FAMILJA, IX-XOGĦOL U L-ĦIN ĦIELES

“Il-Kattoliċi, bħal kulħadd, jiffaċċjaw ta’ sikwit l-isfida biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-familja, l-esiġenzi tax-xogħol u l-ħin ħieles. Fl-istess waqt għandhom l-obbligu li  juru lil ħaddieħor l-ispirtu nisrani lejn it-tliet elementi.”

Dan qalu il-Kardinal Dionigi Tettamanzi ta’ Milan f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan b’diskussjoni tal-pjani għal-Laqgħa Dinjija tal-Familja 2012.

“Il-fatt li aħna kattoliċi jagħti mod uniku u oriġinali ta’ kif wieħed jgħix l-isfidi li qed tiffaċċja  kull familja”, kompla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Mejju

John 15,1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

PROGRAMMI SOĊJO-RELIĠJUŻI

SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 26 ta’ Mejju 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ħadd fl-4.00pm

Tema: Il-Proġett ta’ Envanġelizzazzjoni Ġdida

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  din il-ġimgħa ser jiddiskutu “l-Proġett ta’ Evanġelizzazzjoni Ġdida” li tant jitkellem dwarha il-Papa Benedittu XVI.  … Kompli aqra »

L-ISQFIJIET IĦEĠĠU GĦAŻLA FAVUR ŻWIEĠ DEJJIEMI

F’Ittra Pastorali lejlet ir-referendum li għandu jsir is-Sibt li ġej, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħeġġew biex il-poplu Malti jesprimi l-konvinzjoni tiegħu dwar iż-żwieġ.

L-Isqfijiet bdew l-Ittra Pastorali tagħhom b’referenza għall-Kelma t’Alla li l-Knisja twassal fi tmiem din il-ġimgħa, il-Ħames Ħadd tal-Għid: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier, jekk mhux permezz tiegħi” (Ġwanni 14, 6).

“Il-Mulej qiegħed jgħidilna li dak li lkoll nixtiequ – li mmorru għand Alla l-Missier – irridu norbtuh ma’ persuna, li hu Sidna Ġesù Kristu… Kompli aqra »

IL-PAPA: L-GĦAQDA TAL-EWROPA TISSODA JEKK MSEJSA FUQ L-GĦERUQ INSARA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-fidi nisranija hi indissollubilment marbuta mal-istorja tal-Ewropa, u passi lejn l-għaqda politika tal-kontinent ikunu iżjed b’saħħithom u effettivi jekk wieħed iżomm fmoħħu l-għeruq insara.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika kien qed jindirizza delegazzjonijiet mill-Bulgarija u l-Maċedonja, fost oħrajn, fl-okkażjonitaċ-ċelebrazzjoni tal-ko-patruni tal-Ewropa,San Ċirillu u San Metodju, ċelebrat fil-11 ta’ Mejju fiLvant u fl-14 ta’ Frar fil-Punent. Il-Bulgarija kienet rappreżentata miċ-Chairperson tal-Assemblea Nazzjonali, Tsetska Tsacheva, flimkien ma’ delegazzjoni Kattolika-Ortodossa mill-pajjiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Mejju

Ġwann 14, 27-31

Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej… Kompli aqra »