Arkivji mensili: Lulju 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Lulju

Mattew 13, 47-53

“Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

L-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI: 15-IL KORS GĦAS-SENA AKKADEMIKA L-ĠDIDA

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Knisja f’Malta, għas-sitt sena konsekuttiva ser jorganizza diversi korsijiet bil-għan li tissaħħaħ l-identità tal-membri kollha tal-komunità kattolika. Dan jagħmlu billi joffri opportunitajiet ta’ formazzjoni permanenti u ta’ esperjenzi spiritwali; jippromwovi l-formazzjoni professjonali tal-operaturi pastorali għat-twettiq tal-ministeri u tal-ħidmiet tagħhom; kif ukoll jipprovdi esperjenzi ta’ djalogu mas-soċjetà Maltija.

Hu f’dan id-dawl li għas-sena akkademika li tibda f’Ottubru, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser jorganiżża, isostni u jikkolabora fi 15-il kors differenti, fosthom kors ġdid fit-teoloġija u l-ħidma pastorali mal-familja… Kompli aqra »

NEWS OF THE WORLD: MHUX KOLLOX HU ĠUSTIFIKAT

Il-każ tal-ġurnal Ingliż News of the World fetaħ beraħ id-diskussjoni kollha dwar il-mod, jew il-modi, kif ġurnalist għandu jġib ruħu, u x’mezzi hu leċitu li juża biex ikollu storja, kif ngħidu aħna l-ġurnalisti fil-lingwaġġ tagħna.

Dan il-każ, jekk xejn, juri li dak li aħna l-ġurnalisti ġustament nitolbu mill-politiċi, nies f’pożizzjoni importanti fis-soċjetà u fil-Knisja, u minn dawk li jaħdmu fid-dinja tal-kummerċ, mhux dejjem jidher li napplikawh għalina… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Lulju

Mattew 13, 44-46

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.”  “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.”

Il-Qaddisa tal-jum: Sana Venera, Vergni u Martri Kompli aqra »

IL-PAPA SE JWASSAL ‘MESSAĠĠ STORIKU’ F’BENIN F’NOVEMBRU LI ĠEJ

Pope Benedict XVI

F’Novembru li ġej il-Papa Benedittu XVI serikunqed iwassal ‘messaġġ storiku’ f’Benin, waqt it-tielet vjaġġ tiegħu fil-kontinent Afrikan.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Contonou, Monsinjur Eugene Houdekon, direttur tal-Kumitat organizzattiv taż-żjara tal-Papa, qal li waqt iż-żjara tiegħu bejn it-18 u l-20 ta’ Novembru, il-Papa se jippreżenta l-eżortazzjoni appostolika li ġġib flimkien il-konklużjonijiet tat-Tieni Assemblea Speċjali għall-Afrika, Assemblea tas-Sinodu tal-Isqfijiet li saret fl-2009… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU’ BILLI JKOLLOK RELAZZJONI INTIMA MIEGĦU

Fil-programm ta din il-gimgħa ser jiġi diskuss kif nistaw nibnu relazzjoni intima ma Ġesu’.Naraw kemm iħobbna u kemm insibu għajnuna meta aħna nafdaw kompletament fiH. Fr Nichalas ser jiddiskuti ma’ Ian fuq id-dixxerniment… kelma tqila li forsi mhux kullħadd jifhem x’hini.  L-Arċisqof flimkien ma Paul Jnr u żagħżagħ oħra, ser iwiegeb għal xi mistoqsijiet li jittrattaw fuq il-Vanġelu tal-Ħadd… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Lulju

Matthew 13,36-43

Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.” U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, u  l-għadu   li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u  l-ħassada  l-anġli… Kompli aqra »

KDZ tippreżenta Memorandum lill-President Abela

Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju – Il-President George Abela ġie ppreżentat bil-Memorandum Uffiċjali tal-Young People’s Forum 2010/2011. Id-dokument jiġbor l-opinjonijiet immeddjati taż-żgħażagħ dwar is-social media u l-impatt li qiegħed ikollhom fuq l-individwi u fuq is-soċjetà. Il-Memorandum kien, aktar kmieni f’Lulju, ippreżentat ukoll lill-Arċisqof Paul Cremona.

Il-Forum huwa eżerċizzju ta’ diskussjoni li jwassal il-vuċijiet taż-żgħażagħ lill-persuni b’responsabbiltajiet ewlenin kemm fil-Knisja kif ukoll fis-socjetà… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Lulju

Matthew 20, 20-28

Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu… Kompli aqra »

“WARRBU L-MIBGĦEDA” – IL-PAPA

Pope Benedict XVI

Wara t-talba tal-Angelus fir-residenza tiegħu tas-sajf Castel Gandolfo, il-Papa Benedittu XVI rrefera direttament għall-attakk terroristiku fin-Norveġja, li ħa l-ħajja ta’ kważi mitt ruħ, u qal, “Sfortunatament, reġgħet tfaċċat aħbar ta’ vjolenza u mewt”. Huwa esprima kliem ta’sogħba u wassal l-appell tiegħu lil kulħadd sabiex “jitwarrab għal dejjem is-sens ta’ mibgħeda u wieħed jaħrab mil-loġika tal-ħażen”.

Qabel l-Angelus,il-Papa Benedittu XVI irrifletta fuq l-importanza tal-kuxjenza li tevita l-ħażin u tagħmel it-tajjeb… Kompli aqra »