Arkivji mensili: Lulju 2011

25 – 31 ta’ Ġunju

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

5.10 a.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn pellegrinaġġ f’Lourdes.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-10 Anniversarju tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-KonKatidral, il-Belt Valletta.

Il-Ħamis

10.30 a.m. L-Arċisqof iżur id-Day Centre ta’ tas-Sliema.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kumitat Finanzjarju Djoċesan.

Il-Ġimgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja- 24 ta’ Lulju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 13, 44-52

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.” “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox… Kompli aqra »

JIBDA X-XOGĦOL FUQ L-EWWEL FAŻI TAL-MUŻEW TAL-MIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Emigranti nkarigat lill-Grupp Exalta biex fil-ġimgħat li ġejjin jibda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni, li se jsir f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

Il-ftehim kien ffirmat f’Dar l-Emigrant minn Mons Philip Calleja u Dun Alfred Vella għall-Kummissjoni Emigranti, u Ryan Mallia f’isem l-Exalta.

L-ewwel fażi tal-proġett se tiffoka fuq is-Sala Ċentrali tal-Mużew. Fil-bidu se jsir ix-xogħol strutturali meħtieġ biex is-sala tiġi mħejjija għall-iskop il-ġdid fl-użu tagħha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Lulju

Gwann 15, 1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI PELLEGRINAĠĠ F’LOURDES

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta l-Ħamis filgħaxija,  21 ta’ Lulju 2011,  għal Lourdes fejn qiegħed imexxi pellegrinaġġ għall-morda organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof jinsab akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini. Huma jaslu lura Malta nhar l-Erbgha 27 ta’ Lulju, 2011. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Lulju

John 20, 1-2,11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki… Kompli aqra »

IL-JIEM TA’ ĊELEBRAZZJONI DINJIJA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ – BIDLA FIL-ĦAJJA

WYD2011

Disgħa minn kull għaxar persuni intervistati minn Istitut Spanjol tar-Riċerka, jikkunsidraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ bħala “esperjenza li ġġib bidla f’ħajjithom”.  Il- Gabinete de Análisis Demoscópico,jew l-Uffiċċju li janalizza l-opinjoni pubblika, magħruf bħala l-GAD, intervista mal-1800 persuna żagħżugħa minn madwar id-dinja kollha, li lkoll isegwu l-aħbarijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-proġett hu mmexxi mis-Soċjologu Gonzalo  González Sanz. Ir-riżultati huma ta’ żewġ nature…fuq naħa waħda, analiżi ir-raġunijiet taż-żgħażagħ li jagħżlu li jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiettal-Jum Dinji ddedikat lilhom; u fuq in-naħa l-oħra, l-aspettattivi li l-istess parteċipazzjonitagħhom tiġġenera… Kompli aqra »

AĠĠORNAMENT: TISLIMA LIL TEKLEAB HAILE

It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti ssellem mill-qalb lil Ashih TEKLEAB HAILE, refuġjat mill-Eritrea li ħarab minn artu biex isalva ħajtu u li miet Malta l-bieraħ, 20 ta’ Lulju 2011, wara li salva wieħed Franciz mill-għarqa.

Tekleab ta’ 32 sena hu miżżewweġ lil Selemawit Hagus Belay. Huma ltaqgħu u żżewwġu s-Sudan fl-2006 u waslu Malta bil-baħar f’Ottubru 2009… Kompli aqra »

ŻJARAT PASTORALI TAL-ARĊISQOF FL-2011

This year, Archbishop Paul Cremona O.P. visited six parishes between January and March. His first Pastoral Visit was held in Zabbar parish followed by Marsascala, Fgura, Fleur de Lys, Swatar and Birkirkara. To date, the Archbishop visited 36 out of 70 parishes. Four years ago, at the start of his episcopate Mgr Paul Cremona O.P. had clearly expressed his wish to visit all parishes in Malta… Kompli aqra »