Arkivji mensili: Lulju 2011

‘HEMM BARRA HEMM MIN QED IBIEGĦ IL-QERDA’

“Hemm barra hemm min qed ibiegħ il-qerda, animat minn kull tip ta’ interess, imma mhux mill-imħabba! Kulħadd jaf b’dan in-negozju, imma ħadd ma jitkellem dwaru. It-traffikar tad-droga sar ‘taboo’.”

Din l-affermazzjoni għamilha dil-ġimgħa l-Isqof Mario Grech waqt l-inawgurazzjoni ta’ sala ġdida fiċ-ċentru ta-Fondazzjoni Oasi f’Għawdex, li ngħatat l-isem ta’ ‘San Mikiel’.

Il-Ħadd li għadda wkoll, waqt l-omelija li għamel fil-festa tal-Visitazzjoni fl-Għarb, l-Isqof Grech għal darb’oħra tkellem dwar il-pjaga tal-abbuż tad-droga f’pajjiżna u afferma li “s-silenzju ta’ min suppost jitkellem u jaġixxi kontra t-traffikanti tad-droga, hu parteċipazzjoni f’dan id-delitt… Kompli aqra »

QUDDIESA FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ SAN KALĊIDONJU

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fil-kappella ddedikata lil dan il-qaddis li tinsab fil-bini tal-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana, nhar l-Erbgħa 13 ta’ Lulju 2011, fis-6.00 p.m.

Ir-relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal-kappella prinċipali fil-bini tal-Kurja. Ir-relikwi tal-qaddis, li nġiebu Malta miċ-ċimiterju ta’ Pretestato, l-Italja, waslu fil-kappella dedikata lilu fl-1753. Ir-relikwi qegħdin f’relikwarju artistiku… Kompli aqra »

IL-WIĊĊ TA’ KRISTU

Lill min qed infittxu? Ghalfejn ghandna infittxu lil Wicc Gesu?  X’inhuma d-diffikultajiet tal-bniedem biex jikseb il-kuntentizza?  It-tema ta’  4given għal din is-sena se tkun Fittex lil Wiccu! F’dan l-ewwel programm, Dr John ser itina spjegazzjoni fuq il-Karattru ta’ Gesu.  Fil-bidu tal programm ser naraw lil Ian Diacono mal-mistieden tieghu Jude Muscat fejn ser jiddiskutu ‘is-sejha ta kull bniedem”. L-Arcisqof,  l-Eccelenza Mons Paul Cremona ser ikun, bhal fis snin li ghaddew, il-mistieden Ewlieni tal-programmi u din is-sena ser ikun maz-zaghzagh tal-L-Komunita’ Marana Tha’ biex jiddiskuti il-vangelu tal -Hdud… Kompli aqra »

‘MIMLIJIN BIT-TAMA FLIMKIEN MA’ DAWK TAN-NOFSINHAR TAS-SUDAN’

South Sudan – The new state

Wara li nhar is-Sibt li għadda n-Nofsinhar tas-Sudan kien iddikjarat nazzjon ġdid, id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, eżorta lill-pajjiż sabiex ma jħallix li dan l-Istat ġdid ifalli. Federico Lombardi, irrifletta fuq in-nofsinhar tas-Sudan fl-iktar edizzjoni riċenti tal-programm Octava Dies fuq l-istazzjon televiżiv tal-Vatikan.

Il-kelliemi tkellem dwar it-tamiet li n-nazzjon għandu għal ‘storja ġdida ta’ paċi’… Kompli aqra »

€171,152 B’RISQ IL-MISSJONI TAS-SOĊJETÀ MISSJUNARJA TA’ S PAWL

Intemmet f’nofsillejl il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

Is-sittin siegħa kienu mimlija attivita.  Il-pubbliku ipparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, djalogu dirett mal-missjunarji permezz ta’ Skype, diskussjonijiet, rokna għat-tfal,  Musichiere, Charades, Oħloq Tbissima Song Festival   u diversi  varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha, fejn wieħed seta’ japprezza l-livell għoli tat-talent Malti u Għawdxi.  … Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tal-MUSEUM fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ San Pietru, l-Imdina.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Puluzija, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt… Kompli aqra »

ENFASI FUQ IL-QRAR GĦAL WAQT IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-Papa Benedittu XVI introduċa żewġ inizjattivi ewlenin għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) .

Fl-ewwel Jum Dinji taż-Żgħażagħ tiegħu bħala Papa, f’Cologne fl-2005, Benedittu kien iqatta’ ħin twil jitlob fis-skiet quddiem is-Sagrament Imqaddes. Minn dak iż-żmien ’il hawn, l-adorazzjoni Ewkaristika saret fattur regolari fl-iskeda tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

IL-PAPA JQATTA’ S-SAJF F’CASTELGANDOLFO

Pope in Castel-Gandolfo

F’nota ppubblikata, il-Prefettura għas-Sede Pontifiċja ħabbar li l-Papa, il-Ħamis filgħaxija se jaqbad triqtu lejn Castelgandolfo, il-Palazz Appostoliku fin-nofsinhar ta’ Ruma. Hemm se jkun qed iqatta’ s-sajf.

Matul l-istaġun tal-btajjel, l-udjenzi speċjali u dawk privati, fl-iskedi tal-Papa, se jkunu sospiżi. Bl-istess mod ikunu wkoll sospiżi l-udjenzi ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa matul Lulju, li jirreżumu imbagħad fl-ewwel Erbgħa t’Awwissu. Fl-istess perjodu, il-Papa se jkun jitlob l-Angelus tal-Ħadd mill-istess Palazz Appostoliku… Kompli aqra »

OĦLOQ TBISSIMA

Dalwaqt terġa tkun magħna l-Maratona Oħloq Tbissima – il-Maratona ta’ 60 siegħa xandir live imtella’ minn ĊAM Productions international (CPi), il-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).   Din is-sena Oħloq Tbissima ser tibda  nofsinhar tat-8 ta’ Lulju u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 10 ta’ Lulju f’nofsillejl.

Din il-Maratona, din is-sena fid-disa’ edizzjoni tagħha, issa ndrat sew u ħafna jafu li l-għan ta’ din il-maratona hu li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Filippini, fil-Peru  u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq Dar San Ġużepp f’Santa Venera… Kompli aqra »

L-ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ISQOF EMANUEL GALEA

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se torganiżża Quddiesa u talb biex tfakkar l-anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Qaddej ta’ Alla, l-Isqof Emanuel Galea, nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, 2011, fis-6.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

L-Isqof Emanuel Galea ħadem bħala sacerdot f’ din il-Parroċċa matul is-snin li fihom ħuħ Dun Salv Galea kien Kappillan fl-istess Parroċċa (1918-1935). Baqa’ mfakkar bħala konfessur, flimkien ma’ ħuħ ieħor Dun Franġisk, għal ħinijiet twal u regulari ta’ qrar, u bħala predikatur… Kompli aqra »