Arkivji mensili: Novembru 2011

L-INTENZJONIIET TAT-TALB TAL-PAPA GĦAL DIĊEMBRU

Pope praying

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI se tkun “sabiex il-popli kolha jikbru fl-armonija u l-paċi permezz ta’ rispett u fehim”.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Kap tal-Knisja għax-xahar li ġej. Minbarra l-intenezjoni ġenerali, ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja.

Qalet li “l-Papa se jitlob sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu messaġġiera tal-Evanġelju, u jkunu rispettati u mħarsa minn kull sfruttament uv jolenza”… Kompli aqra »

L-ISQOF DEPASQUALE JMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA

Adds funeral details and statement by the College of Parish Priests.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale li huwa minn Ħal Qormi. Huwa kien Isqof Awżiljarju u Isqof Titulari ta’ Aradi. L-Isqof Depasquale li kellu 73 sena miet fit-3.45 p.m.

BIJOGRAFIJA

Mons. Annetto Depasquale twieled Ħal Qormi, fit-28 ta’ Ġunju 1938. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet ta’ St Joseph (il-Belt) u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo… Kompli aqra »

GĦAŻLIET U SEJJAĦTLI

GĦAŻLIET – Il-Ħamis 1-12-2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fid- 9.00pm u l-Ħadd fl-10.15am

Kemm inħobbu verament l-annimali?  Għaliex wara li nkunu tajna pet lit-tfal tagħna, meta jixbgħu minnu jitilquh bl-addoċċ?  Kemm aħna egoisti f’dan ir-rigward?

Għaliex għandna nħobbu l-annimali bħal meta nħobbu lit-tfal tagħna stess?  Huwa possibbli?  U jekk ma nħobbuhomx, allura għandna naħqruhom?  Christine Delicata ser titkellem ma’ esperta f’dan il-qasam peress li tieħu ħsieb ħafna annimali li jiġu abbandunati.  … Kompli aqra »

IL-VATIKAN IFAKKAR L-ANNIVERSARJU TA’ “FAMILIARIS CONSORTIO” TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Familiaris Consortio

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Familja se jkun qed ifakkar l-anniversarju mit-twaqqif tiegħu waqt Assemblea Plenarja il-ġimgħa d-dieħla, li se taħbat ukoll mat-30 anniversarju ta’ “Familiaris Consortio”. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, kienet ippreżentata l-konferenza li se ssir bejn it-Tlieta u l-Ħamis. Kienu uffiċjali ta’ dan id-dekasteru tal-Vatikan li għamlu din il-preżentazzjoni.

Il-President tal-Kunsill, il-Kardinal Ennio Antonelli, issottolinea temi mill-“Familiaris Consortio” bħall-irwol ċentrali tal-familja fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida u l-ministeru pastorali fil-parroċċi u d-djoċesijiet… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI TAL-IMTARFA

Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2011, l -Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Imtarfa. Aktar tard, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru parrokkjali fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-parroċċa tal-Imtarfa u wara iltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imtarfa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI HI MEĦTIEĠA REAZZJONI KREDIBBLI GĦALL-BIDLA FIL-KLIMA

Pope in audience

Il-Papa Benedittu XVI awgura suċċess fit-taħditiet dwar il-klima li se jiftħu t-Tnejn f’Durban fl-Afrika t’Isfel. Meta kien qed jindirizza lill-ġemgħa miġbura għat-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, Benedittu XVI esprima t-tama tiegħu “li l-membri kollha tal-komunita internazzjonali jilħqu qbil fuq reazzjoni responsabbli u kredibbli għall-fenomenu tal-bidla fil-klima”, li ddeskriva bħala wieħed “kumpless”.

Il-Papa appella wkoll lill-mexxejja internazzjonali involuti fit-taħditiet sabiex ir-risposta li jfittxu u possibbilment jaqblu fuqha tkun konformi mal-ispirtu ta’ solidarjeta, b’attenzjoni u sensittivita partikolari man-nies li jbatu l-iktar mill-faqar, flimkien mal-ġenerazzjonijiet li għadhom ġejjin… Kompli aqra »

28 ta’ Novembru – 4 ta’ Diċembru

Monday

9.15 a.m. The Archbishop presides over a Curia senior staff meeting.

5.15 p.m. The Archbishop meets children who attend Catechism at the Mtarfa parish centre, as part of his pastoral visit.

6.30 p.m. The Archbishop meets Mtarfa catechists.

7.30 p.m. The Archbishop meets the Parish Pastoral Council, the Council for the Implementation of the Synod, and the Parish Economical Council of Mtarfa… Kompli aqra »

IL-KURAĠĠ LI NIĠĠEDDU – AVVENT 2011

Ħutna,

Din l-ittra qed tasal għandkom fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-Milied. Il-Milied, fl-aspett uman, huwa r-rakkont ta’ kif żewġ ħajjiet – ta’ Marija u ta’ Ġużeppi – inbiddlu biex jidħol Ġesu` f’ħajjithom. It-tnejn ġew imnebbħin minn Alla. It-tweġiba ta’ Marija kienet “jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. It-tweġiba ta’ Ġużeppi kienet li jieħu lil Marija bħala martu… Kompli aqra »