Arkivji mensili: Diċembru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Dicembru

Matthew 2, 13-18

Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu. ” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi… Kompli aqra »

WARA VANDALIŻMU FUQ MOSKEA, SKULARI JAPPELLAW GĦAR-RISPETT LEJN SITI SAGRI

Vandalised Mosque in Jerusalem

Ġurnata wara li Moskea antika f’Ġerusalemm kienet allegatament vandalizzata u maħruqa minn estremisti Lhud, parteċipanti ta’ konferenza f’Ruma fl-aħħar jiem, appellaw rispett assolut lejn il-postijiet ta’ qima. Skulari Lhud, Insara u Musulmani ltaqgħu fl-aħħar jiem fl-Universita Pontifiċja ddedikata lil San Tumas, sabiex jiddiskutu l-implikazzjonijiet teoloġiċi, legali u soċjoloġiċi ta’ dak li hu deskritt bħala lok ta’ qdusija.

Stqarrija fi tmiem il-laqgħa qalet li “fil-korsa tad-deliberazzjonijiet, issemma kemm hu importanti li laqgħat ta’ dat-tip isiru, bi skambju ta’ opinjonijiet miż-żewġ naħat”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Dicembru

Ġwann 20,2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar… Kompli aqra »

IL-PAPA: EBDA ĠUSTIFIKAZZJONI POLITIKA GĦALL-ĦTIF FIL-KOLUMBJA

Il-Kap tal-Knisja Kattolika qed jitlob għall-poplu kollha tal-Kolumbja, speċjalment għaldawk fil-miltar u fil-pulizija, kif ukoll għan-nies ċivili li qed jinħatfu.Dan immaterjalizza f’messaġġ maħruġ f’isem il-Papa mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone. Il-messaġġ ixxandar f’Konferenza tal-Aħbarijiet u nqara mis-Segretaju Ġenerali tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Kolombja, l-Isqof Juan Vicente Cordoba. Il-Papa appella għad-djalogu immedjat u għall-konverżjoni ta’ dawk li qed iwettqu l-ħtif. Qal li qed jitlob biex fil-pajjiż tgħammar il-paċi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Dicembru

Mattew 10, 17-22

Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF WAQT IL-QUDDIESA TAL-MILIED TA’ NOFS IL-LEJL

Katidral tal-Imdina

25 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk biex nerġgħu nġeddu t-tifkira tal-miġja tas-Salvatur tagħna fostna taħt forma ta’ tarbija.   U ġejna hawnhekk għaliex aħna nemmnu li t-twelid ta’ Ġesu tarbija ma kienx maħsub biss biex iwassalna għall-ħajja ta’ dejjem imma l-miġja tas-salvatur tagħna kienet maħsuba wkoll biex aħna nbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna fuq din l-art biex dan l-istil tal-ħajja tagħna ikun triq li mbagħad twassalna għal ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

26 ta’ Diċembru 2011 – 1 ta’ Jannar 2012

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

8.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-Istrina, il-Verdala Palace.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn membri tal-Fakulta tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju, fir-reżidenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur lis-Sorijiet tal-Monasteru S. Klara, S. Ġiljan.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-Lajċi Dumnikani, fl-Istitut Apap, Santa Venera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 25 ta’ Dicembru

Solennita tat-Twelid tal-Mulej

Luke 2,1-14

F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.  Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Ħuti,

Reġa wasal iż-żmien meta jiena naqsam magħkom messaġġ dwar il-Milied. Din is-sena, dan il-messaġġ qed nagħtuh mir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul. Naħseb xi wħud minnkom jistaqsu għaliex ġejna f’din ir-residenza. Ir-raġuni hi li s-sena 2012 hija s-sena Ewropeja għall-Anzjanità Attiva kif ukoll għas-Solidarjetà Bejn il-Ġenerazzjonijiet. U allura jiena ġejt f’din ir-residenza flimkien ma’ grupp ta’ tfal u żgħażagħ biex aħna nżuru l-morda u biex inkunu nistgħu nwasslu dan il-messaġġ minn hawn… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-MISSJUNARJI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Għeżież Missjunarji,

Reġa’ wasal il-Milied, it-twelid ta’ Sidna Ġesú Kristu. Il-familja ta’ Ġesú, Marija u Ġużeppi kienu joqogħdu ġewwa Nazaret. Iżda hemm żewġ episodji li jfakkruna fil-ħidma tagħkom bħala missjunarji: bħala dawk li f`isem Ġesú, jmorru bogħod minn pajjiżhom, b’dak kollu li dan ifisser.

L-ewwel episodju huwa meta kellhom imorru ġewwa Betlehem biex jagħtu l-ħajja lil Ġesú. Xi wħud minnkom marru f`postijiet fejn in-nies tal-post ma kienux jafu b`Ġesú, biex ‘twelldu’ lil Ġesú hemmhekk… Kompli aqra »