Yearly Archives: 2011

26 ta’ Diċembru 2011 – 1 ta’ Jannar 2012

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof iżur il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

8.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-Istrina, il-Verdala Palace.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa bejn membri tal-Fakulta tat-Teoloġija u l-istaff tas-Seminarju, fir-reżidenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur lis-Sorijiet tal-Monasteru S. Klara, S. Ġiljan.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-Lajċi Dumnikani, fl-Istitut Apap, Santa Venera… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Ħuti,

Reġa wasal iż-żmien meta jiena naqsam magħkom messaġġ dwar il-Milied. Din is-sena, dan il-messaġġ qed nagħtuh mir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul. Naħseb xi wħud minnkom jistaqsu għaliex ġejna f’din ir-residenza. Ir-raġuni hi li s-sena 2012 hija s-sena Ewropeja għall-Anzjanità Attiva kif ukoll għas-Solidarjetà Bejn il-Ġenerazzjonijiet. U allura jiena ġejt f’din ir-residenza flimkien ma’ grupp ta’ tfal u żgħażagħ biex aħna nżuru l-morda u biex inkunu nistgħu nwasslu dan il-messaġġ minn hawn… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-MISSJUNARJI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Għeżież Missjunarji,

Reġa’ wasal il-Milied, it-twelid ta’ Sidna Ġesú Kristu. Il-familja ta’ Ġesú, Marija u Ġużeppi kienu joqogħdu ġewwa Nazaret. Iżda hemm żewġ episodji li jfakkruna fil-ħidma tagħkom bħala missjunarji: bħala dawk li f`isem Ġesú, jmorru bogħod minn pajjiżhom, b’dak kollu li dan ifisser.

L-ewwel episodju huwa meta kellhom imorru ġewwa Betlehem biex jagħtu l-ħajja lil Ġesú. Xi wħud minnkom marru f`postijiet fejn in-nies tal-post ma kienux jafu b`Ġesú, biex ‘twelldu’ lil Ġesú hemmhekk… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-MILIED LILL-EMIGRANTI MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA

Għeżież Emigranti,

Wasal mill-ġdid il-Milied, il-Jum li fih saret l-ikbar ‘emigrazzjoni’ tal-istorja. L-Iben ta’ Alla ‘emigra’ biex ngħidu hekk, mingħand il-Missier biex jiġi fostna. Hawnhekk huwa għex, għamel il-ġid u miet imsallab.

Dan il-ħsieb ma jistax ma jfakkarniex fikom għeżież emigranti.

Għaliex anki intkom għamiltu l-istess vjaġġ. Hemm xi affarijiet f`Ġesú li jixxiebhu magħkom, u hemm xi affarijiet li jiddistingwu l-miġja ta’ Sidna Ġesú Kristu fostna… Kompli aqra »

PUBBLIKAZZJONI ĠDIDA BIS-SALMI RESPONSORJALI

There are two available versions of this publication: one for the organist and psalmist and another for the choir and the congregation. These books can be bought at the Archbishop’s Curia and major catholic bookstores. The hardback edition for the organist and psalmist is accompanied by four demo CDs at the price of €50 whereas the paperback edition for the choir and congregation is being sold at €10… Kompli aqra »

INAWGURAZZJONI TAL-EWWEL FAŻI TAL-MUŻEW TAL-MIGRAZZJONI

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura l-ewwel fażi tal-Mużew Diġitali tal-Migrazzjoni li qed isir mill-Kummissjoni Emigranti fil-bini ta’ Dar l-Emigrant, Valletta.  L-inawgurazzjoni saret waqt l-okkażjoni soċjali tal-Milied li l-Kummissjoni Emigranti torganizza kull sena għall-operaturi u l-voluntiera fid-diversi ħidmiet tagħha.

Dun Alfred Vella, Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, spjega li l-ewwel fażi tal-mużew, li x-xogħol fuqha qed isir mill-Grupp Exalta, tħaddan sistema ta’ digital collection management li tirrekordja, tikkonsolida u tippriserva d-dokumentazzjoni kollha li għandha l-Kummissjoni Emigranti dwar l-emigrazzjoni minn Malta.    … Kompli aqra »

IL-KNISJA TITTAMA LI TILĦAQ FTEHIM MAL-GĦAQDA NAZZJONALI ARMAR FIT-TOROQ

“Mal-Għaqda Nazzjonali Armar fit-Toroq għadu ma ntlaħaqx ftehim. Madankollu aħna qalbna qawwija li naslu ukoll fi ftit żmien. Riedna niffirmaw mal-għaqdiet b’mod separat għaliex kull għaqda hi awtonoma.”

Hekk qal lil IL-ĠENSillum online din il-ġimgħa kelliemi għall-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof, fid-dawl tal-ftehim dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi reliġjużi, li kien iffirmat nhar l-Erbgħa bejn l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u l-Għaqda Każini tal-Banda… Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ SPANJOLI JRODDU LURA L-IKONA TAL-MADONNA F’RUMA

Marian icon

Fl-okkażjoni tal-laqgħa tradizzjonali tal-Papa mal-istudenti Universitarji fi Żmien il-Milied, ikona tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kienet ritornata Ruma minn Madrid. Ix-xbieha tal-Verġni Marija, Tron tal-Għerf, daret ma’ Spanja kollha bi tħejjija għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011.

L-ikona kienet ritornata Ruma minn delegazzjoni f’Madrid u grupp ta’ studenti Spanjoli li jinsabu jistudjaw f’Ruma. Il-Kappillan Spanjol spjega li “huma erba’ Professuri, Kappillan u xi studenti Universitarji ta’ Madrid, li flimkien ma’ studenti universitarji Spanjoli li kisbu borża ta’ studju biex jistudjaw f’pajjiż Ewropew, jinsabu Ruma… Kompli aqra »

INSARA INDJANI JIPPROMWOVU LIĠI KONTRA L-VJOLENZA RELIĠJUŻA

Grupp ta’ nsara fl-Indja bdew kampanja nazzjonali ta’ talb bil-għan li dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż jindirizzaw abbozz ta’ liġi ferm mixtieqa li twaqqaf għal kollox il-vjolenza fil-mira tal-minoritajiet reliġjużi. Dan irrapurtatu l-Aġenzija Missjunarja tal-Aħbarijiet, il-Fides.

Membri tal-Kunsill Nisrani tal-Indja kollha, organizzazzjoni li tippromwovi l-liberta reliġjuża għall-minoritajiet kollha, partikolarment tal-Insara, nediet l-inizjattiva biex titqajjem kuxjenza lejn dik imsejħa l-‘Prevention of Communal and Targeted Violence Bill’… Kompli aqra »