Yearly Archives: 2011

26 ta’ Settembru – 2 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Ursolini, r-Rabat, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa, fis-Sala St Patrick.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-Kummissjoni Liturġija tar-Rabat.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Ekonomiku Parrokkjali u Kunsill Implimentazzjoni Sinodu, fis-Sala St Patrick tar-Rabat… Kompli aqra »

IL-PAPA FIL-ĠERMANJA JILTAQA’ MA’ VITTMI TA’ ABBUŻI

Pope in Germany

Waqt iż-żjara statali li qed jagħmel fil-Ġermanja, l-Papa Benedittu XVI ilbieraħ iltaqa’ mal-vittmi Ġermaniżi ta’ abbużi sesswali minn saċerdoti. Mill-ġdid huwa esprima sogħba għat-tbatija li sofrew il-vittmi u wera kompassjoni magħhom. Fit-tieni jum minn erbgħa taż-żjara statali tiegħu fil-Ġermanja, għal nofs siegħa, Papa Ratsinger iltaqa’ ma’ ħames vittmi, żewġ nisa u tliet irġiel. Stqarrija maħruġa mill-Vatikan ftit wara li ntemmet il-laqgħa,qalet li l-Papa ħassu kommoss u assigura lill-vittmi li quddiem tali każi ta’ abbuż, l-uffiċjali tal-Knisja kienu mħassba serjament… Kompli aqra »

ENERĠIJA ĠDIDA GĦALL-KNISJA F’MALTA

Wieħed mir-riżultati pożittivi tas-Sinodu Djoċesan li sar fis-snin 1999-2003 kien l-introduzzjoni ta’ Assemblea Djoċesana li tiltaqa’ kull sena. L-Assemblea ta’ din is-sena, it-tmien waħda wara s-Sinodu, qed tiltaqa’ llum u għada.

L-għan tal-Assemblea hu li jiltaqgħu flimkien mal-Arċisqof il-mexxejja tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta – kunsilli ewlenin, kongregazzjonijiet reliġjużi, segretarjati u kummissjonijiet djoċesani, parroċċi, għaqdiet u movimenti, skejjel – u nies oħra involuti mill-qrib fil-ħidma pastorali tal-Knisja, biex jagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-Knisja fis-soċjetà Maltija llum, fid-dawl tal-Pjan Pastorali, u jagħtu ħarsa wkoll ’il quddiem… Kompli aqra »

ASSEMBLEA DJOĊESANA TAL-KNISJA F’MALTA

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jippresiedi l-Assemblea Djoċesana tal-Knisja f’Malta li se tiltaqa’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru filgħaxija u s-Sibt 24 ta’ Settembru filgħodu, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, B’Kara.

Din hi laqgħa annwali li tiġbor flimkien mal-Arċisqof il-mexxejja tal-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta – il-membri tal-kunsill presbiterali u tal-kunsill pastorali djoċesan, id-delegati tal-Arċisqof fis-Segretarjati u Kummissjonijiet Djoċesani, il-provinċjali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi, il-kappillani, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, il-mexxejja tal-għaqdiet u l-movimenti tal-Knisja, u diversi persuni oħra li jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-Knisja… Kompli aqra »

IL-PAPA LILL-PARLAMENT FEDERALI FIL-ĠERMANJA: ‘GĦARFU T-TAJJEB MILL-ĦAŻIN’

Pope arrives in Germany

Iktar kmieni l-Papa Benedittu XVI beda żjara fil-Ġermanja. F’messaġġ li għadda lill-Parlament Federali f’Berlin huwa qal li “l-politika għandha tkun impenn lejn il-ġustizzja u għandha toħloq il-kundizzjonijiet essenzjali għall-paċi”. Fi kliemu “is-suċċess ta’ kull politikant hu subordinat għall-kriterju tal-ġustizzja, għar-rieda li jinforza l-liġi u anki għar-rieda li jifhem l-istess liġi”.

Benedittu XVI elabora kif il-bniedem jista’ jeqred lid-dinja u jimmanipula lilu nnifsu… Kompli aqra »

TBERIK TAL-ESTENSJONI TAL-ISKOLA ST MICHAEL

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Settembru 2011, Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa u wara bierek it-tieni sular tal-Iskola St Michael f’Santa Venera.

Is-Surmast tal-Iskola qasam l-esperjenza ta’ din is-serata mal-qarrejja ta’ dan is-sit.

September 22nd has been now for some weeks earmarked as the day when we wished to bless and inaugurate the extension on the second floor of St Michael School, a Catholic Secondary School run by the Society of Christian Doctrine, M.U.S.E.U.M… Kompli aqra »

IL-KNISJA TOFFRI GĦAJNUNA LILL-VITTMI TA’ ABBUŻI

F’laqgħa konġunta li saret bejn il-Konferenza Episkopali Maltija u l-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi, ġie deċiż li tiġi ppublikata din l-istqarrija:

B’referenza għall-fatti u l-allegazzjonijiet li taw lok għas-sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Maġistrati ftit tal-ġimgħat ilu (li għadha fil-preżent pendenti quddiem il-Qrati u ma għandha b’ebda mod tiġi ppreġudikata), l-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex qegħdin jiddikjaraw li ngħataw parir legali, fis-sens li f’dan il-każ partikulari, il-Knisja, bħala istituzzjoni, ma għandhix responsabbilta legali għal dak li seta` seħħ minn xi individwi u ma tistax titgħabba b’tali responsabbilta… Kompli aqra »

MISSJONI FL-IRAN TFITTEX PROGRESS FIR-RELAZZJONIJIET PERMEZZ TA’ DJALOGU INTER-RELIĠJUŻ

Delegazzjoni ta’ mexxejja Nsara u Musulmani irritornaw l-Istati Uniti mill-Iran bit-tama li ż-żjara ta’ sitt ijiem li kienu għadhom kemm għamlu, tħalli progress fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, xi ħaġa li ma seħħitx fuq livell diplomatiku.Id-delegazzjoni ta’ erba’ membri, li kienet tinkludi lill-Arċisqof irtirat ta’ Washington, Theodore McCarrick, ittamat li terġa lura l-Istati Uniti akkumpanjata miż-żewġ Amerikani li għadhom miżmumż arrestati mill-awtoritajiet Iranjani, li qed jakkużawhom bi spjunaġġ u bi dħul illegali fl-Iran… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF F’JUM L-INDIPENDENZA 2011

KonKatidral ta’ San Ġwann

21 ta’ Settembru, 2011

Eċċellenza Sur President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Il-bniedem minnu nnifsu jħoss il-bżonn li jfakkar dawk il-ġrajjiet li jkunu mmarkawlu ħajtu.

Meta jiftakar fihom, ma jibqgħux biss memorja iżda jfissru tiġdid u riflessjoni ġdida fuq dak li jkun għadda minnu snin qabel… Kompli aqra »

L-AFRIKANI B’APPELL LILL-KNISJA BIEX ISSAĦĦAĦ IR-RWOL TA’ MONITORAĠĠ TAL-ELEZZJONIJIET

African elections

Rappreżentanti tal-Knisja minn għoxrin nazzjon Afrikan qalu li l-Knisja għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-osservazzjoni u l-monitoraġġ tal-elezzjonijiet fil-pajjiżi Afrikani. Meta nnotaw li tnax-il pajjiż fil-kontinent Afrikan huma skedati li jżommu l-elezzjonijiet qabel tmiem din is-sena, u erbatax oħra matul is-sena 2012, parteċipanti f’konferenza organizzata mill-Catholic Relief Services, CRS, flimkien mas-Simposju tal-Konferenzi Episkopali tal-Afrika u l-Madagascar, qalu li “tmexxxija fqira hi ħafna drabi l-bidu ta’ intimidazzjoni, vjolenza u kunflitti fl-Afrika waqt u wara l-elezzjonijiet”… Kompli aqra »