Arkivji mensili: Jannar 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 24 ta’ Jannar

Mark 3, 31-35

Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru.”Ara”, qalulu,”ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

DISKUSSJONI DWAR ID-DOKUMENT TAS-SANTA SEDE ‘NIRRIFORMAW IS-SISTEMA FINANZJARJA U MONETARJA’

On Tuesday 24th January 2012, the Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation (Malta Chapter) and DISCERN – Institute for Research on the Signs of the Times are organising a Round-Table Discussion on The Holy See’s Document Reforming the International Financial and Monetary System.The general public is invited to attend.

The event will be held at Palazzo de Piro, Mdina, at 6.30 p.m… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF GĦALL-ĦAMES ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TIEGĦU

Konkatidral, ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

22 ta’ Jannar 2012

Ħuti,

Nirringrazzjakom talli ġejtu miegħi biex jiena nagħmel dan is-sagrifiċju ta’ radd il-ħajr lil Alla fil-ħames anniversarju ta’ meta l-Q.T. il-Papa għoġbu jaħtarni  Isqof ta’ din il-gżira.

L-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħok hija l-anniverarji jiswew biex aħna niftakru propju fil-ħin ta’ meta saret il-ġrajja.  … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MEMBRI TAS-SEZZJONI MALTIJA TAL-FONDAZZJONI ĊENTESIMUS ANNUS PRO PONTIFICE

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-membri tas-sezzjoni Maltija tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 23 ta’ Jannar

Mark 3,22-30

Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan għandu fih lil Begħelżebul,” u wkoll, “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-ISLA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Ivan Scicluna bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Isla.

Dun Ivan Scicluna twieled il-Pietà fl-24 ta’ Marzu, 1970. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ S. Giovanna Antida, il-Gudja, fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq u l-iskola Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzarji fl-Institute of Health Care u wara fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

23 – 29 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru Ġesu’ l-Ħabib tat-Tfal, San Ġwann, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali, f’San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 22 ta’ Jannar

Mark 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ‘l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.  … Kompli aqra »

L-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TA’ PATRI PROSPERO GRECH O.S.A.

Il-Provinċja Agostinjana ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, ħejjiet il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Prospero Grech O.S.A. Għal dan il-għan twaqqaf kumitat sabiex jorganizza l-aspetti kollha ta’ dan l-avveniment.

Mons. Grech ser ikun ordnat isqof u ngħata t-titlu personali ta’ Arċisqof Titulari ta’ San Leone fil-Basilicata (Italja). Din is-sede veskovili twaqqfet fis-seklu XIV u kienet soppressa fl-1571. Lejn tmiem is-sekli XIV u l-bidu tas-seklu XV żewġ Agostinjani mexxew din id-djoċesi (Nicola de Lorenzo O.E.S.A u Geminiano Giovanni de Sochefani O.E.S.A)… Kompli aqra »