MALTA LLUM IKOLLHA T-TIENI KARDINAL FL-ISTORJA
18/02/2012Malta llum se jkollha t-tieni Kardinal tagħha fl-istorja. Dalgħodu fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Belt tal-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI se jaħtar 22 Kardinal ġdid waqt konċelebrazzjoni solenni li matulha se jsir konċistorju “pubbliku”. Il-konċelebrazzjoni għandha tibda fl-10.30am u se tixxandar live fuq TVM u fuq Radju RTK.
Fost il-Kardinali l-ġodda se jkun hemm il-Malti l-Patri Prospero Grech OSA, li kien ordnat Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fit-8 ta’ Frar… Kompli aqra »