IL-PAPA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI: FIL-QADI TAD-DJALOGU U T-TKATTIR TAR-RISPETT
21/05/2012Pope on World Comunications Day
Il-Papa Benedittu XVI fakkar il-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali. F’kummenti wara r-Regina Caeli qal li “fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali, bit-tema ‘Is-Silenzju u l-Kelma: lejn l-Evanġelizzazzjoni’, is-silenzju hu parti integrali mill-komunikazzjoni, għandu post privileġġat fil-laqgħa personali mal-Kelma t’Alla. Nistieden lil kulħadd jitlob sabiex il-komunikazzjoni fil-forom kollha tagħha, dejjem isservi biex ikun stabbilit djalogu ġenwin mal-oħrajn, mibni fuq rispett reċiproku”.
It-tema tas-46 Jum Dinji għall-Komunikazzjoni Soċjali kienet imħabbra f’Jannar li għadda, nhar il-festa ta’ San Franġisk de Sales, li hu qaddis padrun tal-ġurnalisti… Kompli aqra »