Arkivji mensili: Mejju 2012

INDULĠENZA PLENARJA GĦALL-LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI

Fl-okkażjoni tal-laqgħa dinjija li ser issir f’Milan mit-30 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju 2012 bit-tema “Il-Familja, ix-Xogħol u l-Jum ta’ Festa u Mistrieħ”, il-Penitenzerija Apostolika, b’Digriet tas-17 ta’ Mejju, ħabbret li l-Papa Benedittu XVI qiegħed jagħti dawn l-indulġenzi lill-fidili kollha li, b’sens ta’ indiema, jagħmlu ħilithom għall-qdusija tal-familja fuq l-eżempju tal-Familja Qaddisa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi.

L-Indulġenza Plenarja tingħata bil-kundizzjonijiet tas-soltu (qrara, tqarbina u talb skont l-intenzjoni tal-Papa) lil kull min jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni f’Milan.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Mejju

Mark 10, 17-27

Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”  “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù,”ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih   lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

28 Mejju – 3 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet għall-vista ad Limina dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta, fil-Vatikan. Matul dawn il-laqgħat, l-Isqof Mario Grech ukoll se jippreżenta s-sitwazzjoni dwar id-Djoċesi t’Għawdex.

11.00 a.m. L-Arċisqof, l-Isqof t’Għawdex u l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI f’udjenza privata.

12.30 p.m. L-Arċisqof jattendi laqgħa l-Kunsill Pontifiċju għall-Kura Pastorali tal-Migranti u Persuni f’Moviment… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 27 ta’ Mejju

Għid il-Hamsin

Gwann 15,26-27.16,12-15

“Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni… Kompli aqra »

VATILEAKS: IL-MAĠĠORDOM TAL-PAPA HUWA S-SUSPETTAT

Pope's Butler, Paolo Gabriele

Paolo Gabriele, ta’ 46 sena, li hu persuna qrib ħafna tal-Papa, deskritt bħala l-maġġordom jew il-kamrier li, fost oħrajn, iservi lill-Papa waqt l-ikel u jżommlu l-umbrella meta jkun f’dehriet pubbliċi fix-xita, kien arrestat u tressaq quddiem il-ġustizzja akkużat minn maġistrati tal-Vatikan b’pusess illegali ta’ dokumenti kunfidenzjali.

Dan kollu jorbot mas-serje ta’ rivelazzjonijiet, imlaqma Vatileaks, kixfu allegata korruzzjoni, allegat mismaniġjar u saħansitra allegati kunflitti interni fil-kuriduri tas-Santa Sede… Kompli aqra »

AKTAR MINN 800 KAŻ TA’ VJOLENZA DOMESTIKA S-SENA LI GĦADDIET

Is-sena li għaddiet aktar minn 800 każ ta’ vjolenza domestika kienu rrappurtati lill-pulizija. Dan skont statistika ppreżentata fil-Parlament dan l-aħħar, li turi wkoll li bejn l-2005 u l-2011, il-każi ta’ vjolenza rrappurtati lill-pulizija żdiedu bi kważi erba’ darbiet. Fl-2005 l-għadd ta’ każi ta’ vjolenza kien ta’ 228, waqt li s-sena li għaddiet l-għadd tela’ għal 848.

Ċifri li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet lil IL-ĠENSillum online juru wkoll li fl-istess sena, jiġifieri bejn Jannar u Diċembru 2011, is-Servizz ta’ Vjolenza Domestika tal-Aġenzija ħadem ma’ 803 każ… Kompli aqra »

ŻJARA AD LIMINA MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA U L-ISQOF MARIO GRECH

Nhar il-Tnejn li ġej l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech se jkunu l-Vatikan għaż-żjara ad Limina dwar id-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex.

Iż-żjara hekk msejħa ad Limina ssir regolarment biex l-isqfijiet jagħtu rendikont dwar id-djoċesi li huma responsabbli għaliha. Normalment din iż-żjara ssir kull ħames snin u tinkludi numru ta’ laqgħat mad-dekasteri tal-Kurja Rumana. Dawn jinkludu s-Segreterija tal-Istat, il-Kongregazzjonijiet, it-Tribunali, l-Kunsilli u l-Uffiċċji Pontifiċji… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 26 ta’ Mejju

John 21, 20-25

Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? … Kompli aqra »

IL-KA DWAR IL-LOGĦOB TAN-NAR, IS-SAĦĦA U L-AMBJENT

F’Ġunju tas-sena 2006, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet ippubblikat dokument ta’ fehma fuq l-impatti ambjentali tal-festi f’Malta[i]. Din il-fehma kienet ibbażata fuq studju kkummissjonat mill-istess Kummissjoni fis-sena 2005 li nvestiga tmien festi. Dan l-istudju kien ipproduċa l-ewwel riżultati fuq il-livelli ta’ ħsejjes ikkaġunati mil-logħob tan-nar kif ukoll fuq l-ammont ta’ skart solidu ġġenerat minn dawn il-festi. Matul il-perjodu 2006-2008,  il-KA kompliet bl-investigazzjonijiet ikkummissjonati lill-Università ta’ Malta f’dan il-qasam… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIPPUBBLIKA REGOLI GĦALL-VERIFIKA F’KAŻI TA’ ALLEGATI DEHRIET TAL-MADONNA

Alleged apparitions by Mary, Mother of God Cardinal William J Levada

Biex Isqfijiet jingħataw għajnuna għal meta jkunu fil-proċess li jiddeterminaw il-kredibilita ta’ allegati każi ta’ dehriet tal-Madonna, il-Vatikan traduċa u ppubblika regoli proċedurali tal-1978 u li kienu għadhom aċċessibbli biss bil-Latin. In-normi li jirrigwardaw il-manjiera tal-proċeduri fid-dixxerniment ta’ allegati każi ta’ dehriet tal-Madonna, kienu approvati minn Papa Pawlu VI fl-1978 u kienu mqassma lill-Isqfijiet madwar id-dinja kollha, anki jekk  qatt ma kienu uffiċjalment pubblikati u tradotti għal lingwi oħra… Kompli aqra »