Arkivji mensili: Ottubru 2012

Attakk suwiċida waqt quddiesa fi knisja kattolika fin-Niġerja

Bomb blast during mass in a catholic church in Nigeria

Fit-tramuntana tan-Niġerja, numru ta’ persuni nqatlu u oħrajn sfaw midruba, wara splużjoni deskritta iktar tard bħala attakk suwiċida waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija fi knisja kattolika.

L-attakk seħħ fil-belt ta’ Kaduna, li hija żona sinonima ma’ attakki settorjali.

L-isplużjoni ġiet ikkawżata minn ammont kbir ta’ splussiv f’mill-inqas karozza waħda li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-knisja… Kompli aqra »

29 ta’ Ottubru – 4 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’ Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Ottubru

Il-Wiehed u tletin Hadd ta’ matul is-sena

Mark 10,46-52

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq.  Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

Il-Pap: ‘Il-Knisja llum hi ħajja u qed tikber’

Conclusion of Synod of Bishops with the Pope

Fl-aħħar jum ta’ ħidma għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida, il-Papa Benedittu XVI kien ippreżentat bi 38 Propożizzjoni, frott ta’ ħidma intensiva fl-aħħar tliet ġimgħat. Fil-ħsieb tiegħu f’għeluq is-Sinodu, il-Papa ħa l-okkażjoni biex jgħid li permezz tax-xiehda tal-parteċipanti kollha, ħareġ ċar ħafna li l-Knisja hi ħajja u qed tikber, anki meta maħkuma minn irwiefen qawwija.

Il-Papa beda billi ħabbar li se jgħaddi l-ġurisdizzjoni fuq is-Seminarji mill-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika għall-Kongregazzjoni għall-Kleru, u l-kompetenza tal-katekeżi minn idejn il-Kongregazzjoni għall-Kleru għall-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-għaxar anniversarju tan-Nursery ta’ Ħal-Lija u l-Iklin

27 ta Ottubru 2012

Aħna l-ewwel raġuni għaliex niġu fil-knisja hija biex ngħidulu grazzi lil Mulej. Grazzi talli-ħlaqt id-dinja, grazzi talli għamilt lil bniedem jixbah lilek fuq xbieha tiegħek, grazzi ta’ dan kollu għax kull  m’għandna ġej minnek. It-tieni raġuni għaliex nirringrazzjaw lil Mulej għaliex wara li ħalaq kollox, Alla l-Imbierek ma ħallihx jimxi waħdu. Kien hemm il-bniedem u qallu: issa tajtek dan kollu, issa trid tieħu ħsiebu inti, per eżempju s-siġra tagħmilha injama, dawn l-affarijiet kollha!   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-27 ta’ Ottubru

Luqa 13,1-9

Dak il-ħin stess ġew xi wħud u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm ? … Kompli aqra »

Iffirmar ta’ ftehim kollettiv

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’Ottubru 2012 sar l-iffirmar ta’ żewġ Ftehim Kollettiv għall-ħaddiema tad-djar tal-anzjani tal-Knisja ta’ Dar Saura n-Naxxar u Casa Leone f’San Ġiljan. Iffirmaw dawn il-Ftehim: Mons Victor Grech, Delegat tal-Arċisqof u direttur tal-Caritas; is-Sur Paul Portelli, Direttur għad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani; is-Sur Richard Saliba, Human Resources Manager; is-Sur Jason Deguara f’isem il-General Workers Union u s-Sur Karmenu Vella f’isem il-Professional and Service Employees Union… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-26 ta’ Ottubru

Luqa 12, 54-59

Lin-nies qalilhom ukoll: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh?” “U għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa? Jekk xi ħadd ikun se jtellgħek il-qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkom fit-triq, li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f’idejn l-esekutur tas-sentenza, u dan imbagħad jitfgħek il-ħabs; għax kif ngħidlek jien, ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallast sa l-inqas ħabba.”

Il-Qaddis tal-jum: San Chad u Cedd

Kompli aqra »

Il-każ ta’ Claudio Sciarpelletti jibda jinstema’ fil-5 ta’ Novembru

Claudio-Sciarpelletti

Il-President tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan, Giuseppe Dalla Torre, ħareġ digriet fejn qal li l-ewwel smigħ tal-ġuri li se jgħaddi Claudio Sciarpelletti se jsir nhar il-5 ta’ Novembru fid-9am.

Sciarpelletti, akkużat b’kompliċita ma’ Paolo Gabriele fil-każ ta’ serq ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Papa li spiċċaw f’idejn il-media, kien deċiż li jgħaddi ġuri wara evalwazzjoni tal-każ mill-Maġistrat lura nhar it-13 t’Awwissu li għadda. Dan il-ġuri kien deċiż li jinstema’ separatament mill-każ ta’ Paolo Gabriele  waqt is-smigħ fid-29 ta’ Settembru li għadda… Kompli aqra »