Yearly Archives: 2012

Mons. Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa f’Ħal Lija

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, komplew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Lija.  Fis-6.30pm, saret Quddiesa tal-Konsagrazzjoni ta’ Marija lil Alla, li matulha Mons. Scicluna fakkar is-Sagrament tal-Ordinazzjoni Presbiterali. Fl-istess ħin, Mons. Scicluna  ltaqa’ mal-komunita’ parrokkjali ta’ Ħal Lija li laqgħetu b’entużjażmu kbir. Ħal Lija huwa l-post fejn Mons. Scicluna iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu u fejn jgħix preżentament mal-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-22 ta’ Novembru

Luqa 19,41-44

Wasal qrib il-belt u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “M’hux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk! Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawwruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek !”

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Cecilja Kompli aqra »

L-Arċisqof iqassam €860,000 miġbura minn ‘RTK 4 Charity’

Illum l-Erbgħa 21 ta’ Novembru 2012, saret preżentazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof, tad-donazzjonijiet miġbura minn Radju RTK waqt żewġ kampanji ta’ ġbir ta’ fondi, bħala parti mill-inizjattiva ‘RTK 4 Charity’. L-entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-fondi huma: id-Dar tal-Providenza, id-Dar tal-Kleru, l-Uffiċċju Ċentrali Djar tat-Tfal, il-Kummissjoni Emigranti u Familji fil-Bżonn Għawdex. Huma rċievew bejniethom is-somma ta’ €860,000, bl-akbar benefiċjarju jkun id-Dar tal-Providenza.

[vimeo]http://vimeo.com/54014725[/vimeo]

Id-donazzjonijiet gew ippreżentati mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Qorti Għolja Pakistana twaqqa’ akkużi ta’ żeblih għall-Koran kontra tfajla nisranija

Rimsha Masih

The Islamabad High Court ordered police to dismiss blasphemy charges against a Christian Pakistani girl whose arrest and detention drew international condemnation. The ruling from

Il-Qorti Għolja ta’ Islamabad fil-Pakistan ordnat lill-pulizija sabiex iwaqqgħu akkużi ta’ żeblih lill-Koran, liema akkużi saru fil-konfront ta’ tfajla Pakistana nisranija li l-arrest tagħha attirat kundanna internazzjonali. Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef kienet li ma nstabet l-ebda evidenza li t-tfajla Rimsha Masih ħarqet xi paġni mill-Quran… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-21 ta’ Novembru

Il-Prezentazzjoni tal-Imqaddsa Vergni Marija

Luke 19,11-28

Huma u jisimgħu dan, Ġesù żied jgħid parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: ‘Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi.’ Issa n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtu ambaxxata warajh biex jgħidu, ‘Ma rriduhx lil dan isaltan fuqna.’ Ġara li, meta ħa s-saltna u raġa’ lura, bagħat isejjaħ lil dawk il-qaddejja li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kif ħaddmuhom u x’qalgħu… Kompli aqra »

Mons. Charles J. Scicluna jżur il-Parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi

It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012, bdew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna fejn illum f’Ħal Qormi San Bastjan fil-5.30pm saret it-tifkira tas-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija.

Fil- 5.30 p.m. saret laqgħa mat-tfal tal-parroċċa u wara saret ċelebrazzjoni li fiha sar it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija. Fis-6.30 p.m. saret quddiesa votiva tal-Ispirtu s-Santu. F’din il-Quddiesa saret it-tifkira tal-għoti tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni.

Mons… Kompli aqra »

It-tielet ktieb ta’ Joseph Ratsinger dwar Ġesu ta’ Nażaret

‘L’infanzia di Gesu’ huwa t-tielet volum tat-triloġija tal-Papa Benedittu XVI iddedikata lil Ġesu ta’ Nażaret. Dan se jkun aċċessibbli mil-librara Taljani mill-jum tal-Erbgħa 21 ta’ Novembru. Il-ktieb ippubblikat minn Rizzoli flimkien mad-Dar tal-Pubblikazzjonijiet tal-Vatikan, se jkun imniedi simultanjament f’lingwi oħra f’ħamsin pajjiż. Il-lingwi jinkludu t-Taljan, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ingliż, il-Protuġiż u l-iSpanjol. Fix-xhur li ġejjin hu mistenni li jsiru traduzzjonijiet f’għoxrin lingwa oħra għall-pubblikazzjoni fi 72 pajjiż… Kompli aqra »

L-arma araldika tal-Isqof Charles J. Scicluna

It-Tlieta 20 ta’ Novembru 2012, saret laqgħa ta’ informazzjoni għall-ġurnalisti fil-Kurja tal-Arċisqof, bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna. Dawn l-avvenimenti se jilħqu l-qofol tagħhom nhar is-Sibt filgħodu, meta Mons. Charles J. Scicluna se jiġi kkonsagrat Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Fost l-informazzjoni li ngħatat kien hemm l-ispjega tal-arma araldika tal-Isqof Scicluna.

L-Arma Araldika tal-Isqof Mons. Charles J… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-20 ta’ Novembru

Luqa 19, 1-10

Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri  ‘l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

Missjunarji tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida

WYD-Brazil 2013

Fil-messaġġ tiegħu għat-28 Jum Dinji taż-Żgħażagħ li se jsir f’Rio f’Lulju 2013, il-Papa Benedittu XVI qal li “l-impenn missjonarju hu dimensjoni essenzjali tal-fidi. Ma nistgħux inkunu nies li veru nemmnu jekk ma nevanġelizzawx”. Quddiem l-avveniment kbir, il-Papa qed jistieden liż-żgħażagħ kattoliċi sabiex ikunu missjunarji fost sħabhom stess li ma jsibux sens f’ħajjithom. Huwa qal li żewġ oqsma ferm importanti fejn meħtieġ l-impenn missjunarju huma dak tal-komunikazzjoni u dak tal-mobilta umana… Kompli aqra »