Arkivji mensili: Marzu 2013

Direttorju Ekkleżjastiku Ġdid

Ġie ppublikat id-direttorju tal-Knisja għas-sena 2013 b’aktar minn 530 paġna ta’ tagħrif aġġornat, bil-Malti u bl-Ingliż, dwar l-istrutturi, l-oqsma u l-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Id-direttorju Ekkleżjastiku jinkludi tagħrif dettaljat dwar il-Kurja ta’ Malta, is-Segretarjat u l-Kummisjonijiet tal-Knisja, il-parroċċi, l-Ordnijiet Reliġjużi, l-Istituzzjonijiet, l-Għaqdiet u l-Movimenti, id-Djar tal-Anzjani u Skejjel tal-Knisja.

It-taqsima dwar il-parroċċi fiha tagħrif dwar l-għadd ta’ parruċċani u ta’ familji; Quddies matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u l-Festi; purċissjonijiet; lista ta’ l-għaqdiet u movimenti reliġjużi rappreżentanti fil-parroċċa; in-numru ta’ Magħmudijiet, l-Ewwel Tqarbina, Griżma tal-Isqof, Żwiġijiet u Funerali tas-sena ta’ qabel f’kull parroċċa; u l-knejjes u kappelli fejn jistgħu jiġu ċċelebrati ż-żwiġijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-27 ta’ Marzu

l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matthew 26,14-25

Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom… Kompli aqra »

Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Katidral tal-Imdina

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Katisral ser jiġu mmexxija mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Charles J. Scicluna. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru kif ġej:

Ħamis-ix-Xirka, 28 ta’ Marzu

.

06.30pm – Konċelebrazzjoni bil-ħasil tar-riġlejn u purċissjoni bis-Sagrament għall-Artal tar-Repożizzjoni.

08.00pm – Jibdew il-Viżti.

10.00pm – Siegħa Adorazzjoni organiżżata mill-Parroċċa.

Il-Ġimgha l-Kbira, 29 ta’ Marzu

Kompli aqra »

Il-Ġurnata taż-Żgħażagħ imfakkra f’Malta

Nhar Ħadd il-Palm, l-24 ta’ Marzu 2013, il-Knisja universali fakkret it-30 edizzjoni tal-Ġurnata taż-Żgħażagħ, li ilha ssir kull Ħadd il-Palm sa mill-1983. Id-djoċesi ta’ Malta wkoll, iċċelebrat il-fidi taż-żgħażagħ waqt quddiesa speċjali flimkien ma’ Arċisqof Pawl Cremona, ġewwa l-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra, ż-Żurrieq.

Mons. Cremona sellem liż-żgħażagħ u fakkarhom li l-ġrajjiet storiċi tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, kellhom fil-qalba tagħhom l-imħabba tiegħu lejn kull persuna… Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof liż-żgħażagħ f’Ħadd il-Palm

Bubaqra, Żurrieq

24 ta’ Marzu 2013

Ħuti, kif smajna, llum il-Vanġelu kien ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej, imma aħna qegħdin f’Ħadd il-Palm u allura rridu niftakru li f’dan il-jum Ġesù beda t-triq tal-passjoni. Tajjeb li f’din il-ġimgħa niftakru li l-protagonist huwa Ġesù, imma r-raġuni għaliex bata huwa jien u int. Jiġifieri importanti li dawn il-ġranet ma ngħixuhomx barra minna qiesna qegħdin naraw dramm, imma kull darba li nisma’ parti mill-passjoni, jien irrid ngħid: “Mulej, imma kif tħobbni daqshekk? … Kompli aqra »

Il-Papa lid-diplomatiċi: Ir-relattiviżmu morali jipperikola l-paċi

Pope Francis greets diplomats

Meta kien qed jindirizza lill-membri tal-Korp Diplomatiku tal-Vatikan f’Sala Regia fil-Palazz Appostoliku – fejn fil-passat Papiet kienu jilqgħu lill-monarki kattoliċi, il-Papa Franġisku qal li r-relattiviżmu morali “jipperikola l-koeżistenza tal-popli”. Żied li etika komuni ibbażata fuq in-natura umana hi kundizzjoni indispensabbli għall-paċi fid-dinja.

Franġisku fakkar fl-imħabba lejn il-fqar prattikata minn San Franġisk t’Assisi u lmenta li kemm il-faqar materjali kif ukoll dak spiritwali ta’ żmienna qed iferu anki lill-pajjiżi għonja… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ fil-Ħamrun

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun. Din kienet attivita’ li kienet tifforma parti mill-Viżta Pastorali fl-istess parroċċa.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Aġġornata: Via Crucis Nazzjonali

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali li ser issir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2013, fit-8.00 p.m. It-tema se tkun marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali se tibda minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, tgħaddi mit-toroq tal-Belt Valletta u tintemm quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis hija organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-26 ta’ Marzu

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Ġwanni, 13:21-33,36-38

Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »