Arkivji mensili: Mejju 2013

Is-Santa Sede tippreżenta lill-Papa l-ktieb annwali tal-istatistika tal-Knisja

Annuario Pontificio 2013 – featuring two Popes

Il-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, flimkien mal-Uffiċjal għall-Affarijiet Ġenerali, l-Arċisqof Angelo Becciu, ippreżentaw lil Papa Franġisku l-edizzjoni tad-direttorja annwali tas-Santa Sede għall-2013 – bl-istatistika uffiċjali annwali tal-Knisja miġbura fi ktieb wieħed.

L-istatistika turi l-bidliet li jikkaratterizzaw lill-Knisja Kattolika mill-2012 sal-ħatra tal-Papa ġdid. Skont Radju Vatikan, il-Papa esprima sens ta’ gratitudni għall-istatistika miġbura u wera interess… Kompli aqra »

Rigal u teżor għall-Knisja

Pope in St Peter's

Fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, Papa Franġisku wassal messaġġ speċjali lil madwar kwart ta’ miljun persuna miġbura quddiemu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Qalilhom li huma “rigal u teżor għall-Knisja”. Ħafna minn dawk preżenti kienu membri ta’ movimenti u komunitajiet ekkleżjali ffurmati minn lajċi kattoliċi li l-Papa stieden għal ċelebrazzjoni ta’ Pentekoste flimkien miegħu f’din is-Sena tal-Fidi.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Pentekoste, jew Għid il-Ħamsin, issir appuntu ħamsin jum wara l-Għid il-Kbir biex tiċċelebra l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u t-twelid tal-Knisja… Kompli aqra »

20-26 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunità tas-Sorijiet Dumnikani, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu, Ħal Safi.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-Museum tal-Bniet, Ħal Safi.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fil-Museum tas-subien, Ħal Safi.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-dar tas-Sorijiet Dumnikani, Ħal Safi… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna stiednu lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin. Din saret nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din kienet ukoll l-ewwel darba li n-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, ipparteċipa f’attività Djoċesana u ltaqa’ mal-Insara Maltin.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena, bit-tema “No Jesus, no love… Kompli aqra »

Ejjew niċċelebraw Pentekoste flimkien!

.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qed jistiednu lill-Insara Maltin għaċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin. Din ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din ser tkun ukoll l-ewwel opportunità għan-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, li jipparteċipa f’attività Djoċesana u jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena, bit-tema “No Jesus, no love… Kompli aqra »

F’Ruma, għaxriet ta’ eluf f’mixja favur il-ħajja

Rome – march for life

Il-Kardinal Raymond L.Burke u mexxejja oħra favur il-ħajja fl-Istati Uniti tal-Amerka, ingħaqdu ma’ għaxriet ta’ eluf ta’ dimostranti fit-tielet mixja annwali fl-Italja favur il-paċi.

Skont l-organizzaturi, mat-30,000 persuna mxew madwar żewġ mili mill-Kolossew sal-Kastell Sant’Anġlu.Huma mxew wara kurċifiss kbir tal-injam mimli xbihat ta’ tfal mhux imwielda u b’messaġġi bħal ‘Ejja ma noqtlux il-futur tagħna’ jew ‘waqqfu l-ġenoċidju sieket’… Kompli aqra »