Arkivji mensili: Ġunju 2013

17-23 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu għall- katekeżi fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fl-Uffiċċju Parrokkjali, fl-istess parroċċa.

It-Tlieta

11.00 a.m.       L-Arċisqof jattendi ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Midalja  Premju Ġwanni XXIII fil-Palazz, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li tfulija serena hi dritt u dmir tagħna

Fi tmiem il-katekeżi tiegħu, ilbieraħ il-Papa Franġisku appella għall-protezzjoni tat-tfal, speċjalment meta tfakkar il-jum dinji kontra t-tħaddim tat-tfal – b’attenzjoni speċjali tingħata għall-isfruttar tat-tfal f’xogħol domestiku, sitwazzjoni deplorabbli li qed tiżdied, speċjalment fl-ifqar pajjiżi. Franġisku appella biex il-komunita internazzjonali tieħu miżuri aktar effettivi kontra din il-“pesta”, kif sejħilha. “Hemm miljuni ta’ tfal, ħafna minnhom bniet, li huma vittmi ta’ din il-forma moħbija ta’ sfruttament li ħafna drabi tinvolvi abbuż, maltrattament u diskriminazzjoni…hija skjavitu reali,”, kompla l-Papa waqt li qal li t-tfal għandhom jitħallew jilagħbu, jistudjaw, jitolbu u jikbru fil-familji tagħhom, fejn għandhom igawdu ambjent armonjuż, seren u ta’ mħabba… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema

Nhar it-Tnejn 10 ta’ Ġunju 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummisjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant’ Antnin, bħal parti miż-Żjara Pastorali, fil-parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

Franġisku dwar il-Knisja u l-poplu t’Alla li jridu jżommu l-bieb miftuħ

Pope in audience

Il-Papa Franġisku jitkellem dwar il-Knisja, il-poplu t’Alla. Fil-katekeżi tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dil-ġimgħa spjega l-kunċett tal-poplu t’Alla permezz ta’ serje ta’ mistoqsijiet bħal ‘xi jfisser li tkun il-poplu t’Alla?’ ‘kif xi ħadd isir membru ta’ dan il-poplu?’ ‘x’inhi l-liġi, il-missjoni u l-għan ta’ dal-poplu?’

Fisser li li tkun il-poplu t’Alla jimplika l-ewwel it-tifsira li Alla ma jappartjeni għall-ebda poplu wieħed imma għal kulħadd… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lill-Patri Arthur Cutajar OFM Conv bħala kappillan tal-parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar.

Patri Arthur twieled Ħaż-Żebbuġ fit-3 ta’ Diċembru 1972. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Stella Maris, Ħal Balzan, fl-iskola Savio College, Ħad-Dingli, u fil-Junior College (6th Form). Huwa kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija), fl-Istituto Teologico ta’ Assisi, u kiseb il-liċenzjat fl-ispiritwalità mill-Pontificium Athenaeum Antonianum f’Ruma… Kompli aqra »